KAPITLU 3 

 MRS KELLY TKELLMU FUQ ALLA


“Mela ma taf xejn fuq Alla?” staqsietu Mrs Kelly.

“Ma nafx,” wegibha t-tfajjel.

“Qatt ma smajt li hija haga hazina li tiehu hwejjeg haddiehor, li Alla qallek “ Ma ghandekx tisraq?”

Tom ghafas xuftejh ma’ xulxin u dawwar rasu ‘l hawn u ‘l hemm biex juri li qatt ma sema’ hwejjeg bhal dawn. Imbaghad qal: “Naf b’nies li gew mitfugha l-habs ghax inqabdu jisirqu, izda jiena makak ghal hwejjeg bhal dawn.”

“Allura qatt ma smajt li Alla jinkorla ghan-nies li jisirqu?” qaltlu Mrs. Kelly.

“Qatt ma smajt Bih,” qalilha Tom,” Ma naf il-hadd li jinkorla jekk mhux il-Pulizija. Nancy zgur li qatt ma inkurlat. Kienet tatini ikla tajba jekk kont nohdilha xi haga li tghodd ghaliha.”

“Povru tfajjel, inhossni tassew qalbi sewda ghalik,” qaltlu Mrs. Kelly. Hija harset lejn Marija li kienet attenta tisma’ kollox u hasset li kienet ghamlet zball kbir li gabet li dan it-tfajjel go darha anke jekk ghal lejl wiehed biss.

“It-tifla tieghi qatt ma semghet lil xi hadd jitkellem hekk,” lissnet Mrs Kelly wara ftit. Nispera li ma taghmel xejn hazin jew tghallimha taghmel xi haga li Alla ma jridx, ghax inkella jkolli nibghatek ‘l barra minn fejn gejt.” Tom hass li ma kellux jaghmel haga bhal dik

“Marija tieghi taghmel dejjem dak li jghogob lil Alla,” qalet Mrs. Kelly.

Tom weghdha li ma jirrakonta xejn aktar li seta’ jkun ta’ ezempju hazin lil Marija.

“Tajjeb hafna,” wegbitu lura Mrs. Kelly. U fuq il-kelma ta’ Tom, hija dawret id-diskors. Minkejja li Tom assiguraha li ma kellux guh, huwa bela’ dak kollu li Mrs. Kelly poggietlhu quddiemu.

F’daqqa wahda ghajnejh waqghu fuq kurcifiss imdendel mal-hajt.

“X’inhu jaghmel dak?” staqsa Tom lil Mrs. Kelly filwaqt li jurieha b’subjagh lil Kristu imdendel ma’ salib.

Kemm Marija u ommha daru lejn fejn kien qed jurihom Tom minghajr ma ezattament fehmu fejn kien qed jitfa’ harstu.

“Dak….dak li hu mdendel fuq bicca injama,” spjega t-tifel. Il-harsa ta’ Mrs. Kelly kienet wahda serja ghal ahhar.

“Xi darba nirrakontalek kollox fuq Dak li hemm imdendel, Dak li ghamel Alla ghall-bniedem. Gie fostna l-bnedmin, ghex fqir u halla hajtu fuq is-salib ghalina. Ahna inzommuh hemm quddiemna biex niftakru fl-imhabba ta’ dan Alla ghalina. Qatt ma rajt wiehed bhalu?”

“Le qatt,” wegibha Tom. “L-ewwel darba li qed narah.”

“Ahna nsejhulu kurcifiss. Tibqa’ tiftakar dan l-isem?”

Tom xengel tnejn rasu ‘l isfel biex bhallikieku juri li iva u hares lejn Mrs. Kelly biex tghidlu aktar fuqu. Imma Mrs. Kelly qamet mill-mejda, gabret il-kikkri, naddfet il-mejda u bdiet tahsilhom.

Marija u ommha marru f’kamra zghira li kienet tahbat wara l-kcina u hejjew sodda ghal Tom. Meta lestew, Mrs. Kelly qalet lil Tom li kien ghadu jhares lejn il-kurcifiss: “ Ara hemm xi hwejjeg li kienu ta’ ibni, xejn specjali, pero’ ahjar milli ghandek fuqek. Tista’ tghid li inti l-istess daqs ta’ ibni u filghodu tista’tilbishom.”

Tom wriehom li fehem, imma l-ahbar ta’ hwejjeg godda ma nehhitlux hsibijietu minn fuq il-kurcifiss.

“Ma nistax nifhem ghaliex ghamel hekk,” qal Tom, “ Ma ghandi l-ebda dubju li bata’ hafna.”

“Iva bata’ hafna, imma ghamel dan minhabba fina, ghalik, ghalija u ghal Marija.”

“Le ma ghamlux ghalija. Jiena anqas biss nafu.”

“Inti ma tafux, izda hu jafek u kien qed jahseb fuqek meta kien qed imut fuq is-salib.”

Tom kien ser jahbat imeri dak kollu li qalet Mrs.Kelly, izda zamm halqu maghluq. Hekk kien jaqbel haseb Tom.

“Tajjeb, issa Marija u jiena ser ninzlu gharkubtejna quddiem il-kurcifiss biex nghidu xi talb. Tahseb li tista’ taghmel bhalna, tisma’ dak li qed nghidu u thares lejn il-Kurcifiss,” stednitu Mrs.Kelly. “Ipprova ahseb kemm kien tajjeb Gesu’ mieghek.”

“Dak kien ismu? Gesu?” staqsa Tom

“Iva dak kien ismu, Gesu’,” qalet Mrs Kelly, filwaqt li flimkien ma’ Marija nizlet gharkubtejha u raddew is-salib u bdew jghidu it-talb ta’ filghaxija. Tom ra li dan kienet haga stramba, imma zamm ghajnejh mitfuha fuq il-kurcifiss u ipprova jisma’ dak li kienu qed jghidu. Dehru li kienu qed jitkellmu ma’ xi hadd li minnu kienu rcevew hafna gid u beda’ jahseb min seta’ kien.

Waqt li kienu qed jghidu t-talb, laqtitu frazi li fehemha sew: hobzna ta’ kuljum aghtina llum. It-tifel fehem li tajjeb tkun habib ta’ xi hadd li jaghtik x’tiekol kuljum: hafna drabi xtaq ikun habib ma’xi hadd li seta’ jaghmel dan meta kien ikun zaqqu vojta.

Mrs. Kelly u Marija qamu u baghtu lil Tom jorqod fil-kamra ta’ wara l-kcina u huma marru jorqdu fil-kamra taghhom. L-ahhar hsibijiet ta’ Tom kienu fuq il-kurcifiss u ddecieda li l-ghada jfittex aktar fuqu. Marija minn naha taghha kienet hdejn ommha minduda fuq is-sodda , ghajnejha miftuha, minkejja li kien tard bil-lejl.

"Ma, inti rieqda ?" staqsiet b’ton baxx.

“Ghadni ma dhaltx fin-nghas, izda ma indumx ghax inhossni ghajjiena hafna.”

“Irrid nistaqsik xi haga. Ghaliex Tom ma jafx jghid it-talb?”

“Ghaliex ma kellu lil hadd li jghallmu jitlob. Ahjar tghid Sliema u Qaddisa ghall-bzonnijiet tieghu.”

“Iva, ma. Hekk l-ahjar.” U daret wiccha in-naha l-ohra biex torqod.

Ghamlet kif qaltilha ommha u ma damitx ma ghalqet ghajnejha hija wkoll.


© Copyright INHOBB NAQRA