KAPITLU 2 

TOM ISIB KENN

Ma damx wisq mitluf fi hsibijietu, ghaliex l-istess kelb u mara flimkien ma’ bintha li kienu kellmuh il-lejl ta’ qabel rawh, waqfu u kellmuh.

“L-Ghodwa t-tajba,” sellmiltu l-mara. “ Kilt xi haga tajba il-bierah filghaxija?”

“Ma mortx id-dar. Irqadt taht pont kif soltu naghmel.”

“Imma nahseb li l-lejla tmur id-dar, mhux hekk?”

Tom tbissem u qal: “ Jien ma ghandix dar minn issa ‘l quddiem. Nancy telqet mid-dar.”

“Telqet?” sklamat il-mara. Ma setghitx tifhem kif Nancy, qabdet u abbandunat id-dar habta u sahta u halliet lil Tom jaqdef wahdu.

“Iva, sinjura, inti fhimt sew. Meta mort id-dar, sibt id-dar maghluqa u t-tfal l-ohra tal-kwartieri kollha qaluli li Nancy abbandunat id-dar. Il-post maghluq. Ma jimpurtanix, xejn ma jiddispjacini. B’xi mod jew iehor  nghaddiha.”

“Din haga tal-biza’. U inti x’tista’ taghmel?”

“Mill-ahjar.”

“Certament hajja bhal din, tigri fit-toroq, l-lum tiekol u ghada ma tafx u mahmug ma tghoddx ghalik. Ma tixtieqx tghix ahjar?”

“Xi hadd jghallimni kif u jiena lest li nitghallem,” wegibha Tom.

 Il-mara ma qalet l-ebda kelma u waqqfet imhassba ghal ftit. Hasset li dak li qal it-tifel kien kollu minnu u madanakollu kienet haga difficli hafna kif wiehed jista’jghinu.

 “Trid tigi toqghod mieghi fid-dar tieghi, il-lejla?”  stednithu Mrs Kelly. “ Jiena mara fqira u rrid nahdem hafna biex nghixu jiena u binti.  Imma ma nistax inhallik tghix ghar-rihek, hawn wahdek f’din id-dinja mimlija perikli. Jiena ghadni kemm tlift lil ibni, xi daqsek kien, u inti tista’ torqod fejn kien jorqod hu ghal xi lejl jew tnejn.”

MRS KELLY

Tom accetta mill-ewwel u qam minn bilwieqfa biex juri li jrid jakkumpanja lil omm u lil bint.

“Jaqaw harab mid-dar jew gralu xi haga?”  staqsa Tom filwaqt li beda’ miexi ma’ Mrs’ Kelly u bintha Marija li ghalkemm kienet liebsa pjuttost fqira, kien nadifa tazza.

“Min ibni?,” wegbitu Mrs. Kelly. “ Le. Miet tlett xhur ilu u ma nistax nidra minghajru.  Kien tifel tajjeb hafna.” Mrs. Kelly hadet nifs ‘l gewwa u Tom ma qal xejn aktar imma kompla miexi warajhom sakemm Bouncer, il-kelb waqaf quddiem dar, li fiha lkoll dahlu.

Kienet biss kamra wahda, isservi bhala kcina, hafna tixbah lill-kcina fejn kien jghix qabel ma’ Nancy. Biss kellha differenza kbira hafna. Kienet nadifa ghal ahhar.

Tom ta harsa madwaru u qaghda bil-qieghda fix-xifer ta’ siggu. Sadanitant Marija u ommha poggew tlett kikkri u plattini fuq il-mejda u xeghlu n-nar li fuqu poggew kitla zghira. Mill-bank tal-kcina hargu hobza u sikkina. Mrs. Kelly qaltlu biex joqghod aktar komdu fuq is-siggu u jferra’ ftit te’ mill-kitla.

“Ma tantx ghandi guh,”qalilhom Tom, “ ghax biex nghid il-verita’ diga’ kilt.”

“U kif stajt taghmel hekk?” staqsiet omm Marija.

“Xtrajt Bil-flus li kelli xi bicciet tal-pudina u xrobt ftit halib li filghodu sibt fuq targa ta’ dar,” wiegeb Tom.

“Inti sraqt il-halib, hux hekk?” qalet Mrs. Kelly b’wicc serju hafna

“Iva. Jiena niehu dak kollu li nsib. Min isib izomm,” wegibha Tom bla ebda hsieb.

“Kun af li hija haga hazina u li Alla ma jiehux pjacir bik taghmel hekk, tiehu dak li mhux tieghek. Inti l-Kmandamenti ma tafhomx?”

                                                                                                                                                                                                                                                      MARIJA

Tom baqa’ jhares lejha bla ma fehem xejn u baqa’ sieket.


© Copyright INHOBB NAQRA