Speech

 

 

 


IL-KURCIFISS TA’ TOM

 




Kapitlu 1  IT-TBATIJA TA’ TOM

 

Kienet lejla xitwija kiesha hafna: is-silg li kien ilu niezel il-jum kollu, issa waqaf, imma r-rih kien ghadu kiesah u jonfoh gmielu u t-tfajjel Tom Rodgers kien qed jitrieghed bil-bard, liebes imcercer u bilqieghda fuq targa ta’ bieb. Ghalxejn ipprova jsahhan idu billi jaghmilhom kobba u jonfoh fihom.

Kien ilu barra sa minn kmieni filghodu bl-ixkupa f’idu forsi xi proxxmu jhenn ghalih u joffrilhu xoghol li jiknes quddiem il-bieb tad-dar tieghu. Imma hadd ma qabbdu u qalbu maqtugha li dak in-nhar idahhal xi sold, qaghad bilqieghda fuq targa ta’ dar qabel jirritorna lejn id-dar jahseb x’kien jistennieh li jmur lura b’idu vojta.

Fejn kien joqghod ma stajtx issejhilha dar – bitha mahmuga, fejn kien jghix go kcina mizerabbli ma’ mara li kultant kienet turi qalb hanina u drabi ohra turi l-qilla taghha mieghu. Kien jiddependi dejjem skont kemm kien jiehu flus lura d-dar mix-xoghol li kien imqabbad jaghmel.

Ma kienitx ommu. Kien hemm tnejn jew tlett itfal ohra fil-kamra mahmuga, li kienu taghha. Kienet iggib ruhha maghhom bhalma kienet iggib ruhha ma’ Tom, billi tibghathom fit-toroq biex tiehu minnhom dak li tista’.

Faccata ta’ fejn kien qieghed bil-qieghda Tom, kien hemm hanut li kien isajjar l-ikel. Id-dehra tal-laham, pudina u zalzett tant kienu jfuhu li Tom hassu li kien bil-guh aktar minn qatt qabel. Imma l-inkwiet tieghu kien li ma kellux biex jixtri mqar xi haga zghira biex jitrejjaq. U anke li kieku kellu, ma kienx jissogra jonfoq il- ftit soldi li kien jaqla’ ghax kien jaqla’ xebgha.

Ma kienitx precizament il-biza’ li kienet qed izzommu li jmur lura d-dar: kien imdorri jaqla’ is-swat jew daqqiet ta’ ponn, jew jigi mghajjar bi kliem goff; u tant dara din il-hajja li ma kienx ghadu jaghti kaz. Qaghad jitlajja ghaliex fil-kcina minghajr nar ma kienx ser ihoss il-bard inqas milli kien qed ihoss barra.

Difen wiccu f’idejh it-tnejn u llamenta kemm kien xortih hazina. Ma damx wisq hekk ghaliex tisfira ferrihija gaghlitu jerfa’ wiccu u quddiemu lemah lil dak li jixghel il-fanali. Ahjar li kien wiehed li jixghel il-fanali ghaliex rah kemm-il darba jaghmel dan ix-xoghol bid-dahqa fuq fommu u ghalhekk haseb li xoghol tieghu kien wiehed li jgib il-ferh. 

Beda’ jahseb mill-gdid fuq il-mizerja tieghu hekk kif ghal darb’ohra hares lejn il-hanut ta’ l-ikel. Ghajnejh intlew bid-dmugh u beka’ ghaliex kien qed ihoss il-bard u l-guh u kien jaf li ma seta’ jaghmel xejn biex itaffi dan kollu.   Dik il-lejla kien ser ikollu jorqod b’zaqqu vojta.     

 Minn warajh fegg kelb li dar mieghu jferfer dembu u jinghi biex bhallikieku jaqsam mieghu dawk id-dwejjaq. Tom ma kellu ebda aptit ta’ klieb, minkejja li waqt xoghlu kien jiltaqa’ ma’ hafna u jaghmel hbieb maghhom.

“Hawn hu Bouncer, ma,” instemghet tghid vuci ta’ tifel.

“Ejja ‘l hawn Bouncer.” Imma il-kelb donnu ma semghax u baqa’ fejn kien, iferfer dembu u jhares lejn Tom.

“Gralek xi haga, zaghzugh?” staqsiet omm it-tifel. Imma Tom ma wegibx. U rrepetiet: “Tista tghidli ghaliex ghajnejk imdemma bid-dmugh? Isa ghidli forsi nista’ nghinek?”

“Kieku kont bhali bil-guh, anke inti kont tikbi,” wegibha Tom filwaqt li mesah ghajnejh biex id-dmugh ma jibqghax igelben ma’ wiccu.

“Ghaliex ma tmurx id-dar u tiekol platt shun?”

“ Mhux ser niekol il-lejla. Anzi naqla’ xebgha minflok ikla. Ma niflahx inbati aktar. Nahsibhiex nitlaq mid-dar, jum jew iehor.”

“Tahrab minn missierek u ommok? Le, le. Ma ghandek taghmel hekk qatt,” qaltlu dik il-mara b’vuci gentili.     

“Ommi ma ghandix u anqas missier. Jiena nghix biss ma’ Nancy,”

“Din Nancy thobbok?” staqsiet lit-tifel li sa dak il-hin kienet sieket u qaghad jisma’ biss.

“Le,” wiegeb Tom,” U anqas jimpurtani. Il-lejla mhux ser immur id-dar.” U mill-gdid qaghad bil-qieghda fuq l-ghatba tal-bieb ta’ dar. Nizel rasu bejn idejh biex bhallikieku ma kien ser ilissen ebda kelma ohra.

Il-mara ma xtaqitx li titlaq u thallih wahdu, imma ma setghet taghmel xejn aktar. Ghalhekk sejhet lill-kelb Bouncer u hallew lil Tom wahdu.

Ma damx wisq ma hadu n-nghas, imma ftit wara qam ghax hass xi hadd icaqilqu. Kien pulizija li qallu: “Zaghzugh, hawn mhux ta’ l-irqad, Qum u imxi.”

Tom ghamel kif qallu il-pulizija. Mar taht arkata ta’ pont sab rokna imkennija u rega’ raqad sakemm il-hsejjes tat-toroq qajmuh. Fehem li l-hajja tal-jum bdiet. Il-guh aktar hakmu. L-ewwel furnar li sab miftuh mar ghandu biex jitolbu bicca hobz. Il-furnar habat ser jirrabja, izda meta ra tfajjel f’dak l-istat, bil-guh u mahmug offrielhu hobz u bicca gobon. Tom irringrazzjah u telaq.

Kif kien ghaddej ra xi flixken tal-halib fuq l-ghatba tad-dar, ha wiehed, fethu u xorbu f’nifs.

Imbaghad mar ihabbat il-bibien biex jara jekk xi hadd kienx irrid is-servizz tat-tindif tieghu.

Dak in-nhar kellu xi bicctejn xoghol, li fil-but hallewh aktar sinjur mill-jum ta’ qabel. Meta temm ix-xoghol li kien imqabbad, erhielha lejn id-dar.

Imma kif qorob lejn il-bitha tal-kwartier fejn kien joqghod ma’ Nancy, gew jilqghuh kocc tfal tat-tip tieghu u qalulu: “Nancy telqet u l-kamra ghalqitha.”

Hekk kien, kif qalulu u ghalkemm Tom qatt ma ta kaz tal-mara bla qalb, qalbu ghamlet tikk u ghal l-ewwel darba fehem x’jigifieri tkun bla dar u wahdek fid-dinja.

Kien ghalxejn li qaghad bilwieqfa quddiem kamra maghluqa; it-tfal dawruh u qaghdu jidhqu bih. Huwa dawwar dembu u telaq minn hemm.

Wasal quddiem l-armatura tal-hanut favorit tieghu, hareg xi ftit soldi mill-but u xtara bicciet tal-pudina li tant kien ihobb. Mar fuq l-istess ghatba li fuqha kien il-lejl ta’ qabel u fejn kien beka’ xortih. Hemmhekk hu qaghad jiekol u jahseb x’ser jaghmel wara.

 

© Copyright INHOBB NAQRA