KAPITLU 15

Jum wiehed Sara kienet bilqieghda tahseb. Mr. Carrisford issa sar il-bniedem li jiehu hsiebha. Mal-familja Carrisford ma kien jonqosha xejn, Mr. Carrisofrd kien qisu t-tieni missier ghaliha. Resqet fuqu u qaltu, “Kont qed nahseb fuq dawk it-tfal li ma humiex fortunati daqsi. Niftakarni naghti xi hbejziet li wahda tifla zghira. Kienet tant bil-guh. Issa inti tghid li jiena ghandi hafna flus, allura nista’ nuza xi ftit minnhom biex nghin lill-foqra. Nista’ immur ghand Mrs Baker u nitlobha taghti xi ikel lit-tfal bil-guh li tara bilqieghda fuq it-tarag tal-hanut taghha jew meta thares mit-tieqa? Imbaghad tibghat il-kont lili. Nista naghmel hekk?”

“Daz-zgur li tista’ taghmel hekk,” wegibha Mr Carrisford. “Tassew qalbek tajba.”

Sara u Mr Carrisford dahlu  fil-hanut ta’ Mrs Baker. Waslu  precizament kif Mrs Bakedr kienet qed tpoggi tilar ta’ hbejziet shana u jfuhu fil-vetrina.  Hekk kif Sara dahlet fil-hanut, Mrs Baker gharfitha imma fejn ma setghetx tiftakar. Hekk stqarritilha.

“Iva,” qalitlha Sara. “Darba kont tajtni sitt hbejziet ghal sikspenz u…”

“U tajthom li wahda tifla tallaba bil-guh. Bqajt impressjonata b’dak li ghamilt sinjorina.” Imbaghad daret lejn Mr. Carrisford u qaltu, “ Ma tantx ghadek issib zaghzagh li jindunaw b’wicc bil-guh u kemm-il darba qaghadt nahseb fuq hekk.”

Lil Sara qaltilha, “ Wiccek ha xejra ohra minn l-ahhar li rajtek. Tidher ahjar.”

“Iva issa nhossni ahjar, grazzi,” qalet Sara. “U ninsab aktar ferhana. Ara gejt nistaqsik tistax taghmel xi haga ghalija?”

“Min jiena? U mela le! Anqas ghandek ghalfejn tistaqsi,” sklamat il-mara sid il-forn. “Ghidli kif nista’ naqdik?” 

Imbaghad Sara talbitha jekk tistax taghti ikel lill- fqar u tibghatilha l-kont?”

“Jiena? Miss,” sklamat Mrs Baker, titbissem ferhana. “Dan zgur. X’nista’ naghmel u kif nista nghin?”

 U mbaghad Sara staqsietha jekk tistax taghti ikel lit-tfal foqra u tibghatilha l-kontijet.

“Inkun kuntenta hafna li naghmel hekk,” qaltilha l-mara. “Spiss kont naghti xi hobz lit-tfal bil-guh, imma ma ghandix flus bizzejjed biex nitma’ lil kulhadd. Dejjem xtaqt naghmel aktar milli ghamilt. Dejjem hsibt f’dik it-tifla li zmien ilu kont tajtha ghajnuna.”

 “Jiena certa li kienet aktar bil-guh minni.”

“Kienet bil-guh mejta,” qaltilha Mrs. Baker. “ Hafna drabi semmietek mieghi.”

“Qatt rajtha minn dak inhar?” staqsiet Sara lil Mrs. Baker.

“Iva,” wegbitha Mrs. Baker. “Qieghda fil-kamra ta’ gewwa. Ilha tahdem mieghi ghal kwazi xahar. Tahdem bil-ghaqal hafna u hija tifla onesta hafna.”

Mas-sejha ta’ Mrs. Baker, it-tifla harget minn gewwa  biex tiltaqa’ ma’ Sara. Rat li issa kien nadifa u kellha fuqha ilbies decenti.

“Ghidtilha biex meta tkun bil-guh tigi sa hawn u minn zmien ghal iehor kont naghtiha xi xoghlijiet zghar. Sirt inhobbha qisha binti u ghidtilha toqghod tghix mieghi. Isimiha huwa Anne,” irrakontatilha Mrs. Baker.

It-tfal, mbaghad hadu b’idejn xulxin.

“Forsi Mrs. Baker thallik tqassam il-hobz lit-tfal foqra u meta taghmel hekk ftakar x’jigifieri li tkun bil-guh,” qalet Sara.

“Iva, hekk naghmel,” stqarritilha Anne. 

Harsu lejn xulxin u hassew li diga kienu saru hbieb ghaliex it-tnejn li kienu, darba, kienu fqar u bil-guh. 


Tmiem.


© Copyright INHOBB NAQRA