KAPITLU 4

 SARA SSIB HABIBA

Fl-ewwel jum taghha fl-iskola, Sara innutat li kien hemm tifla dejjem qalbha sewda. Kienet tidher dejjem imhawda u nkwetata ghax il-lezzjonijiet tal-Franciz qatt ma setghet tifhimhom. Meta Monsieur Dufrage kien jistaqsiha xi haga qatt ma kienet twiegbu ghax it-twegiba ma kienitx tiftakarha. Kienet taghmel hilitha biex titghallem imma qatt ma setghet tiftakar li “la mere” kienet tfisser l-omm u “la pere” kienet tfisser il-missier.

Monsieur Dufrage kien tassew qalbu tajba imma ma setghax jasal biex jghallem lil Emilja xi haga bil-Franciz. Meta talabha tghid bil-Franciz il-hobza tajba ried li t-twegiba tkun “ le bon pain” imma Emilja wegbitu “lee bon pang”; Lavinia u Jessie harsu minn taht u bdew jidhqu.

Wara l-lezzjoni, Emilja kienet thossha konfuza u nervuza u bdiet tigdem iz-zigarella li kellha ma xagharha. Miss Minchin kwazi ghajtet maghha: “ Ghaliex qed iggib ruhek hekk. Nehhi z-zigarella minn halqek u oqghod bil-qieghda sew.” Emilja nkisret quddiem shabha u zewg demghat gelbnu ma haddejha.

Sara kienet tip ta’ tifla li dejjem thobb tghin li kull min kien ihossu fl-inkwiet. Hija hasset ghal Emilja u bdiet tahseb kif setghet tghinha. Meta l-lezzjonijiet intemmu, Sara avvicinat lil Emilja , “ Nista nghinek f’xi haga?” staqsietha Sara.

“Insibha difficli hafna biex nitghallem il-Franciz. Kemm nixtieq li kont intelligenti bhalek. Missieri huwa ragel intelligenti hafna. Jaf jitkellem bil-Franciz daqs wiehed minn Franza. Jitkellem ukoll bil-Germaniz, Spanjol u Taljan. Ma jistax jifhem kif jiena daqshekk bqajt lura fil-Franciz. Kultant jghidli, “Emilja, zgur li ma intix stupida daqshekk”.

“Imma kien hemm xi drabi li missierek injorak jew ma tax kaz tieghek? qaltilha Sara.

“Hafna minn hinu jghaddih fil-librerija jaqra. Huwa jixtieqni li nimxi ‘l quddiem fl-istudji tieghi u allura nissoponi li din ix-xewqa tieghu ghalija hija awgurju li huwa jinteressa ruhu fija.”

Emilja qalet lil Sara kif missierha kien qal lil Miss Minchin,

“ Dik it-tifla jehtigilha li titghallem!”

“Xi tghid ommok dwar dan?” staqsietha Sara.

“ Ommi hija mejta” wegbitha Emilja bi swied il-qalb.

“Ommi wkoll hija mejta. Nahseb li t-tnejn li ahna jehtigilna li nkunu hbieb,” stednitha Sara.

“Inkun tassew kuntenta li kieku inkunu hbieb,” qalet Emilja.

 “ Lavinia u Jessie jidhru hbieb sew.”

“Nahseb li ma rridx inkun habiba ma’ xi hadd minnhom. Ihobbu hafna jiddiehqu b’haddiehor. Ma nahsibx li huma edukati li jaghmlu hekk.”

“U missierek, xi tghid fuqu?”

“Hu jhobbni hafna,” qalitlha Sara. “ Kultant nahseb li tani dak kollu li xtaqt, Imma…..” u nizzlet rasha u dehret li kienet ser tikbi.

“Xi gralek?” staqsietha Emilja.

“Ghandi dwejjaq kbar li hallieni u telaq lejn l-Indja. Weghdtu li ngarrab dan id-dulur. U hekk naghmel. Wiehed ikollu jaccetta s-salib u jgorru bil-pacenzja u mhabba. Ahseb ftit is-suldati kemm jghaddu minn tbatija. Missieri huwa suldat. Jekk tinqala’ gwerra, ikollu jimmarcja taht il-qilla tax-xemx, minkejja li jkun bil-ghatx. U forsi jisfa’ ferut. Qatt ma jgerger anqas ma jghid kelma wahda kuntrarja.”

Maz-zmien Emilja u Sara, saru hbieb kbar. Kultant Emilja kienet taghmel kumpannija lil Sara fil-kamra taghha u Sara minn naha tagha tirrakontalha dak kollu li kien hemm gewwa l-Indja, kif in-nies iqattghu hajjithom, il-kultura taghhom etc.  Bosta drabi Sara kienet tghin lil Emilja biex tifhem  u titghallem il-Franciz u Emilja kienet thossha li qed tmur ‘l quddiem bis-sahha ta’ habibitha. Anke Monsieur Defrage induna bil-progess taghha u heggigha biex tkompli sejra hekk.

© Copyright INHOBB NAQRA