KAPITLU 3

Fil-klassi, Miss Minchin sejhet lil Sara u din resqet lejn l-iskrivanja. “Issa Sara,” qalet Miss Minchin, “ hawn dan il-ktieb, fih l-ewwel lezzjonijiet tal-Franciz. Jiena certa li tixtieq titghallem din il-lingwa.” Sara xtaqet tghidilha li hija kienet kapaci titkellem bil-Franciz, izda wara li hasbitha iddecidiet li ma targumentax maghha.

“Jiena qatt ma tghallimtu l-Franciz bil-grammatika tieghu” wegbitha Sara u kienet ser tkompli ,” pero’ naf nitkellmu sew ghax kbirt fih”. Izda rat li kien ghaqli li tieqaf hemm. Sa mill-ewwel mument li ltaqghet ma’ Miss Minchin ndunat li ma qablitx maghha. Kien hemm xi haga, bhal hajt tal-gebel li tela’ bejnithom u ma setghux jikkomunikaw wahda ma' l-ohra.

Dan huwa bizzejjed,”qalet Miss Minchin, “ jekk il-Franciz ma tghallimtux allura trid tibda’ minn issa stess. Monsieur Dufrage se jkun hawn fi ftit minuti, Sa dan it-tant hu dan il-ktieb u hares lejh sakemm jasal,” ordnatilha Miss Minchin.

Haddejn Sara saru homor u bdiet tisthi mill-mod ta’ kif indirizzat ruhha Miss Michin. Dan kollu sar quddiem l-istudenti shabha. Hija hadet il-ktieb u marret f’postha tqallbu folja folja.

Ma l-ewwel daqqa t’ghajn lil ewwel pagni rat li dak il-ktieb kien wiehed adattat ghat-tfal iz-zghar. Stampi ta’ persuni u hwejjeg ohra bl-isem taghhom bil-Franciz taht kull stampa. Kien jidher li dak il-ktieb kien mahsub biex min ried jitghallem il-lingwa jkabbar il-vokabularju tieghu. Imma Sara ma kellhiex ghalfejn ghax hija kienet titkellmu. Binita, il-qaddejja taghhom, kienet ghallmitha sew.

Miss Minchin ndunat li Sara ma kienitx qed turi interess, harset lejha u qaltilha: “Inti tidher pjuttost salib, Sara. Jiddispjacini li ma thobbx l-idea li titghallem din il-lingwa.”

 “Ghall-kuntrarju, Miss Minchin, jien nhobbha hafna. Imma….”

“Iskot”,  hatfitha Miss Minchin, “ nista’ nara li inti tifla mfissda u tippretendi li taghmel dak li trid. Hawn taghmel kif jghidulek, tridx jew ma tridx. Issa erga’ hares lejn il-ktieb li tajtek u studja.”

Sara ghamlet kif qaltilha Miss Michin. “Issa nipprova nfiehem lil Monsieur Dufrage meta jigi,” qalet bejnha u bejn ruhha, filwaqt li ppretendiet li qed tistudja l-ktieb. “ Nahseb li hu jifhimni.”

Meta wasal Monsieur  Dufrage, Miss Michin qaltlu :” Ghandi studenta gdida ghalik, tajtha ktieb, imma donna ma tridx titghallem.”

“Jiddispjacini nisma’ dan, imma forsi meta nibdew nistudjaw flimkien, is-sitwazzjoni timbidel u l-interess jikber.”

Meta Monsieur Dufrage beda’ jkellimha hija wegbitu bil-Franciz u nfurmathu li kienet taf titkellem hafna bil-Franciz u dan ghax il-qaddejja taghhom kienet titkellem bil-Franciz u ghallmitulha. “ Ma tghallimtux mill-kotba u allura jonqosni biss li nitghallem il-grammatika biex inkun naf nesprimi ruhi ahjar u ezatt bil-kitba.”

Monsieur Dufrage kien kuntent li quddiemu kellu studenta intelligenti. Irraporta kollox lil Miss Minchin. “Anke l-accent taghha huwa perfett.”

“Allura ghax ma ghidtlix,” qalet Miss Minchin filwaqt li daret lejn Sara. Miss Minchin kienet taf li Sara riedet tghidilha xi haga imma ma hallitiex fil-liberta’ li tesprimi ruhha. Riedet tumiljaha quddiem l-istudenti l-ohra, imma issa l-folja nqalbet. Lemhet lil Lavinia u lil Jessie jiddiehqu u irrabjat ghal ahhar.

“Silenzju,” ghajtet Miss Minchin filwaqt li habtet daqtejn qawwija fuq il-pjattaforma ta’ l-iskrivanija bil-bastun.

Minn dak il-hin Miss Minchin hadet lil Sara fuq demm id-dars.


© Copyright INHOBB NAQRA