KAPITLU 2

L-iskola ta’ Miss Minchin ma kienitx xi wahda ta’ livell gholi. Fid-dehra taghha minn barra kienet tati idea ta’ xi dar ta’ edukazzjoni ta’ kwalita’,  izda fil-prattika kienet fqira. Barra minn hekk Miss Minchin anqas ma kienet xi persuna li tigbdek u x-xoghol taghha hadd ma kien jezaminah li kienet taghmlu tajjeb.

Meta missierha wassalha l-iskola ghal l-ewwel darba u ltaqghet ma’ Miss Minchin,  din tbissmitilha, izda Sara setghet tara li t-tbissima taghha kienet wahda falza  u bierda.

Biex tigbidha lejn l-iskola, Miss Minchin qaltilha li kienet tfajla helwa. “Ninsab kuntenta li ser ikolli tifla tant sabieha u daqshekk bil-ghaqal fl-iskola tieghi.” Aktar tard Sara skopriet li kliem bhal dak qalitu lill-genituri li gabu lil uliedhom biex jitghallmu fl-iskola taghha. Miss Minchin kellha hsieb wiehed : billi kienet taf li missier Sara kien sinjur, kellha fi hsiebha li titolbu hafna flus ghal l-edukazzjoni ta’ bintu.

Missier Sara, il-kaptan Crewe, kien irranga ma’ Miss Minchin li bintu jkollha kamra tas-sodda ghaliha wahedha, bil-kumdita kollha mehtiega u li fi tmiem il-gimgha tkun akkumpanjata minn adulta biex tirkeb il-pony. Hawn Miss Minchin indunat li gieha c-cans li titlob hafna flus ghal dawn il-hwejjeg zejda minn dawk normali.

Sara marret fil-kamra taghha u qaghdet taqra ktieb bil-kwiet u fil-hin tat-te ma nizlitix ma' shabha. Miss Minchin baghtet lil ohtha, Miss Emma Minchin, biex tara jekk kollox kienx sew.

“Jiddispjacini li ghadni ma nziltx. Se nigi issa,” qalet Sara lil Miss Emma, “ ma inziltx fil-hin ghax ridt xi zmien ghalija nnifsi biex nirranga xi hwejjeg fil-gwardarobba”

Is-sinjorina Emma marret u qalet dan kollu lil ohtha. “ Tidher li hija tfajla kwieta hafna. Nittama li ser tkun kuntenta maghna.”

“Huwa hafna ahjar milli kieku tikbi bhalma jaghmlu tfajliet ohra fl-ewwel jum taghhom,” wegbitha Miss Minchin.” Nista’ nara li Sara hija tifla li trid tghaddi taghha. Tidher li hija mrobbija f’hafna fsied u tiehu dak li trid.”

“Ftit ilu kont qed nghinha tiftah il-basktijiet taghha biex inpoggilha hwejjigha fil-gwardarobba u oht, ikolli nistqarr li qatt ma rajt hwejjeg sbieh bhal dawk,” qalet Miss Emma. “Huma ghaljin hafna.”

“Tippretendiha li hija xi principessa,” wegbitha Miss Minchin. “ issa meta l-iskola kollha tinzel il-Knisja nhar il-Hadd, nistedinha biex timxi fuq quddiem nett. Dan jgieghel lil kulhadd jahseb li l-iskola taghna hija wahda ta’ l-elite’.”

Sfortunatament, wahda mit-tfajliet ta’ l-iskola jisimha Lavinia ghaddiet minn quddiem il-kamra ta’ Sara meta l-bieb kien miftuh. Tat harsa ‘l gewwa u lemhet il-hwejjeg sbieh mifruxin fuq is-sodda. Gheret xi ftit ghaliha u malli ltaqghet mal- habiba taghha Jessie, irrakontatilha dak kollu li kienet rat.

Wara l-kolazzjoni Sara dahlet fil-klassi mat-tfajliet l-ohra. Miss Minchin habbtet tnejn idejha fuq l-iskrivanija li kienet fuq pjattaforma ta’ l-injam kemm xejn gholja, u dan biex tkun tista’ tissorvelja mill-gholi lil istudenti, u qalet: “ Gheziez studenti ser nintroduci lil Sara li ghadha kemm giet l-iskola. Hija vvjagat mill-Indja biex tasal hawn. Nittama li tkunu hbieb taghha.”

Sara qamet bilwieqfa u filwaqt li sellmet lil kulhadd billi nizzlet kemm xejn rasha tbissmitilhom. Hafna minnhom tbissmulha lura.

Imbaghad Miss Minchin bdiet il-lezzjoni.


© Copyright INHOBB NAQRA