KAPITLU 14
“Bint min jiena?” staqsiet Sara.
“Jiena kont il-habib ta’ missierek,” qal Mr Carrisford. “ Tibza’ xejn ilna nfittxuk ghal dawn l-ahhar sentejn.”
“U sadanitant kont ghand Miss Minchin, fuq in-naha l-ohra tal-hajt,” qalet Sara.
“Ghidli aktar x’gara?”
“Missierek u jiena hsibna li ma kien hemm ebda djamanti fil-minjiera u li l-flus kollha li investejna fiha tlifnihom kollha. L-inkwiet ghamel bina u imradna. Lili haduni l-isptar u fiqt imma missierek miet . Aktar tard qaluli li fil-minjiera kien hemm id-djamanti. Missierek u jiena sirna sinjuri. Pero’ missierek miet.”
Ghal din l-ahbar Miss Minchin baqghet halqha miftuh u ma kienitx taf x’sejra tghid. Imbaghad qalet:, “ Forsi issa l-affarijiet jimbidlu. Ejja mmorru d-dar issa. Nifhimha li inti Mr. Carrisford ser tkun lest li thallas il-mizata ta’ l-iskola ta’ Sara, mhux hekk?”
Il-pulizija Bill Carrisford tkellem ghal l-ewwel darba:
“Jiena pulizija u matul ir-rondi li naghmel fit-toroq nisma’ in-nies jitkellmu u nitghallem x’jkun ghaddej. Naf li ttrattajt hazin hafna lil Sara. Il-flus huma taghha imma nahseb li Sara ma tridx li terga’ lura mieghek fl-iskola?”
“Il-Kaptan Crewe afdaha taht idejja” argumentat Miss Minchin. “Hija trid tigi lura l-iskola. Tista’ terga’ tghix kif kienet meta kienet ghadha studenta. Trid tispicca l-edukazzjoni taghha. Din hija l-ligi.”
Hawn Bill il-pulizija fehem li kien hemm bzonn ibezzaghha ftit. “Kif ghidtlek jiena pulizija u nista’ nghidlek li l-ligi ma tantx ser tkun ta’ ghajnuna ghalik.”
Imbaghad dar fuq huh u qallu: “Naghtik parir li tmur il-qorti u titlob li tkun il-gwardjan ta’ Sara sakemm issir adulta. Jiena cert li l-qorti mhux biss tifhem izda taqbel.”
Miss Minchin fehmet l-argument ta’ Bill u qalet: “Jiena nappella lil Sara li tirritorna l-iskola. Naf li xi drabi kont stretta maghha, imma dak ghall-gid taghha. Missierek kien kuntent bil-progress tieghek fl-iskola taghna. U wara kollox dejjem kont nirrispettak u ngibek.”
“Inti, Miss Minchin? Ma kontx naf biha din il-haga,” staghgbet Sara.
Ghal dan il-kliem, Miss Minchin hmaret bil-qilla li hakmitha, izda zammet il-kalma. U filwaqt li daret lejn dawk prezenti fis-sala qalet: “Tafu intom, it-tfal qatt ma jkunu rikonoxxenti, qatt ma jkunu jafu x’inhu l-ahjar ghalihom. Amelia u jiena dejjem ghidnilha li hija l-ahjar studenta li ghandna fl-iskola.” Imbaghad daret lejn Sara u stednitha, “Mhux ahjar taghmel dak li jixtieq missierek u tirritorna lejn l-iskola?”
Sara bdiet tahseb f’dak il-jum meta Miss Minchin qaltilha li hija ma tappartieni lil hadd u heddidtha li tibghatha barra fit-triq titlob il-karita’. Hija harset fissa f’ghajnejha u qaltilha: “Inti taf bizzejjed ghaliex jiena ma rridx nirritorna lura id-dar mieghek, Miss Minchin. Taf bizzejjed kemm timxi hazin mieghi.” Hawn Miss Minchin intliet qilla u qaltilha, “Ma tara qatt aktar lil hbiebek. Nara u naccerta ruhi li Emilja u Lottie joqghodu ‘l boghod minnek.”
“Skuzi, Miss Minchin,” qalilha Mr Carrisford. “Hija tara lil min trid u lil min tixtieq. Il-genituri tal-hbieb ta’ Miss Crewe zgur mhux ser jirrifjutaw li uliedhom ikunu hbieb taghha u anqas ma jirrifjutaw stediniet biex izuruha f’dari meta jiena dhalt ghaliha flok missierha.”
Miss Minchin kienet taf li issa Sara kienet tfajla sinjura hafna u jekk riedet titlob li hbiebha jigu jzuruha fid-dar il-gdida ta’ Mr Carrisford il-genituri ma kienux ser jonqsu li jaghtuhom permess. Kienet taf ukoll li jekk Mr Carrisford jirrakonta dak li sehh fl-iskola, ftit genituri jkunu jridu li jibghatu lit-tfal taghhom fl-iskola taghha. Miss Minchin fehmet li l-ahjar haga kienet li titlaq mid-dar ta’ Carrisford minghajr aktar argument jekk riedet issalva xi ftit is-sitwazzjoni li dahlet fiha minhabba r-rebgha tal-flus.
Imma qabel telqet Miss Minchin wissiet lil Sara, “Qed taghmel zball kbir.” Imbaghad daret lejn Mr Carrisford u ndirizzathu hekk, “Maz-zmien issib li Sara hija giddieba u tkun ngrata lejk ghal dak li qed tipprova taghmel maghha.”
Kien imiss issa lil Bill Carrisford li jghid tieghu. Qam bilwieqfa u billi kien sitt piedi twil qata’ figura dominanti fost in-nies fis-salott ta’ dar ta’ Mr Carrisford.
Bi kliem li kienu juru awtorita ta’ pulizija qal lil Miss Minchin, “Ahjar titlaq issa. Ikun jaqbillek.” Miss Minchin telqet umiljata ghal ahhar.
Kien hemm sorpriza ohra ghal Sara. It-tifel ta’ Mr Carrisford dahal id-dar mill-iskola u meta Sara rathu gharfithu. Wara li rrakontatlhu dak kollu li ghaddha minnha, Donald qalilha, “Li kieku staqsejtek ismek meta tajtek is-sikspenz u kont tghidli li kien Sara Crewe kont tiffranka dan it-tahbit kollu.”
Sara wegbithu, “Imma kellu jkun dak is-sikspenz li bis-sahha tieghu sirt naf fuq missieri u l-qalb tajba tal-papa tieghek.”
Sara baqghet tghix fid-dar ta’ Mr Carrisford u hija u Donald saru qishom ahwa. Mr u Mrs Carrisford kellhom bzonn ta’ qaddejja biex tghin fid-dar u Sara rrakkomandatilha lil Becky, li halliet ferhana l-iskola ta’ Miss Minchin u giet tahdem mal-familja Carrisford. Kemm Mr Carrisford kif ukoll martu kien jittrattawha tajjeb hafna u saret qisha membru mill-familja.
© Copyright INHOBB NAQRA