KAPITLU 9

 Meta Mr Barrow dahal fl-ufficju ta’ Miss Minchin, innota li kien hemm xi rigali fuq l-iskrivanija taghha. “Dawn ir-rigali jiswew mhux hazin, aktar minn mitt lira. “

 “Dawk huma xi rigali li ghad fadal biex jitilghu fil-kamra ta’ Sara Crewe. Baqghu hawn ghax il-festin spicca tard u qfilna r-rigali fl-ufficju tieghi.”

 “Tassew haga redikola biex tonfoq daqshekk flus fuq tfajla ghadha zghira, “ irrimarka Mr. Barrow.

 “Mr. Barrow, Il-Kaptan Crewe huwa bniedem sinjur hafna u jista’ jaghmel li jrid bi flusu. U issa aktar ikun sinjur meta l-minjiera tad-djamanti tibda’ topera.”  Kienet semghet minn bejn il-kwinti li missier Sara dahal f’negozju tad-djamanti u ghalhekk kienet iddejnu ghax taf li jum jew iehor kien ihallas. U nghiduha kif inhi Miss Minchin qatt ma ghaddiehla minn rasha li kien ser jonqos mill-pagamenti.

 “Minjieri tad-djamanti ! " qalilha Mr Barrow. “ Ahjar li ma kienux jezistu. Habib ta’ l-ex Kaptan hajru jinvesti flusu f’minjiera tad-djamanti. Dik il-minjiera ma tiswa xejn.”

 “U ghaliex irreferejt ghall-Kaptan bhala l-ex.” staqsiet Miss Michin kollha kurzita’.

 “Gejt navzak li l-kaptan ma ghadux maghna. Miet. Miet kawza ta’ marda li ha fil-gungla. Pogga flusu kollha fil-minjiera u issa din ma tiswa xejn.”

 “Trid tghidli li Sara ma ghandhiex flus? Ma hemmx flus biex tithallas l-iskola.”

 Miss Minchin kienet mara bla qalb u mohha biss fil-flus. Li kieku kellha biss ftit tal-moghdrija, l-ewwel hsieb li jigiha kien, kemm ser tkun imhawda u qalbha mnikkta meta tisma’ bil-mewt ta’ missierha . Kienet taf li l-Kaptan Crewe kien jonqsu jibghatilha l-flus tal-festin u l-mizata ta’ l-iskola ta’ dawn l-ahhar tlett xhur.

 “X’ser naghmel issa?” qalet Miss Minchin.

 “Ma hemm xejn x’taghmel,” wegibha Mr Barrow. “Sara la ghandha flus u anqas nies jigu minnha. Ma hemm hadd min jiehu hsiebha hlief int.”

 Li kieku dan sehh fiz-zminjietna fejn it-tifel jew tifla titlef iz-zewg gentituri taghha, it-tifel jew tifla jsibu ruhhom f’istitut jew iz-zijiet jidhlu biex irabbuhom huma. Imma fi zmien l-grajja taghna, it-tfal kienu jispiccaw fit-triq jitolbu l-karita'.

 “Jiena ma nhiex ser niehu hsiebha,” qalet Miss Minchin. “ Diga infaqt hafna flus fil-festin taghha u xejn mhu ser niehu lura. Nitfahha ‘l barra tittallab.”

 “Li kont jiena ma kontx naghmel hekk.” Kien il-parir ta’ Mr Barrow. “ In-nies isiru jafu biha. X’jghidu u jahsbu meta jsiru jafu li xi hadd mill-iskola tieghek sab ruhu barra sempliciment ghax miet missieru u allura ma setghax ihallas? Tahseb li imgieba bhal din thajjar lill-genituri biex jibghatu lil uliedhom fl-iskola tieghek? Jekk izzommha hawn tkun tista’ tghinek f’dak kollu li jkollok bzonn.”

 L-ahbar li Sara tilfet lil missierha tathielha Miss Emma. Sara ma kbietx, ma riditx temmen. Miss Emma qaltilha biex tnehhi dak l-ilbies sabieh u tilbes libsa sewda antika.

 Aktar tard Miss Minchin baghtet ghal Sara u qaltilha li minn dak il-mument kellha tahdem biex hi setghet izzommha u ma tibghathiex barra. Ma setghetx torqod aktar fil-kamra taghha u kien ser ikollha tghaddi l-iljieli fil-kamra ta’ fuq il-bejt ma’ Becky.


© Copyright INHOBB NAQRA