KAPITLU 13

Aktar tard, Bill, il-pulizija, mar id-dar ta’ huh Edward Carrisford u Margret, il-mara ta’ Edward. “Tiftakar, meta ghidtli fuq dik iz-zaghzugha li ibnek taha sikspenz. Zgur li ma taqtax x’ghamlet bih. Marret fil-hanut ta’ Mrs Hawkins, il-furnara, xtrat sitt hbejziet u tat erba’ minnhom lil tifla li kienet qed titlob karita’ fuq il-bankina.”

“Issa” qalet Margaret, “ Inti tista’ taghtini twegiba ghal dak li qed ihawwadni. Meta harist lejn hwejjigha jiena hsibt li kienet tallaba. Wiccha deher mixrub imma d-dehra taghha ma kienitx ta’ xi wahda tallaba. Il-haga l-ohra hija li tallaba jew tallab qatt ma jirrifjuta li xi hadd jaghtih sikspenz meta joffrihulhu.”

“Dik hija speci ta’ qaddejja fl-iskola ta’ hdejkom,” qalilhom Bill. “ Nahseb li hija ma ghandha lil hadd. Kemm missierha kif ukoll ommha huma mejtin. Imma ma hiex tallaba, minkejja li tilbes zmattat.”

Hawn tkellem Edward Carrisford. “ Nixtieq li naghmel xi haga biex nghin lil dik it-tifla. Jekk jirnexxili inkun kuntent li ghent lil xi hadd fil-bzonn.”

“Ghadek inkwetat ghal dak li gara, hi?” qallu huh Bill.

“Iva,” wiegbu Edward.

Bill, imbaghad qal: “ Isma’ Edward. Ma kienx tort tieghek li gara hekk. Inti u habibek xtrajtu il-minjiera tad-djamanti. Hsibtu li ma kien hemm ebda djamanti u bl-inkwiet imradtu t-tnejn. Haduk l-isptar ghax kont marid sew u kont mitluf minn sensik. Meta gejt f’tieghek u fiqt sibt li l-Kaptan Crewe kien miet. Issa nafu li kellu tifla,u naghmlu hilitna biex insibuha. Qed nahdmu, imma tinkwetax, fl-ahhar jirnexxilna insibuha.”

“Imma nixtieq nghin lil dik it-tifla li qieghda tahdem ta’ seftura fl-iskola ta’ ma’ gembna. Nibghatilha basket ikel u xalla sabieha biex tilbisha.”

U hekk sar. Baghatilha basket ikel u xalla, imma ebda wiehed mit-tlieta, Bill, Edward u Margaret ma kienu jafu li Sara kienet dik it-tifla li kienu qed ifittxu.

L-ghada filoghodu waslet kaxxa fl-iskola. Kien xoghol Sara li tiehu l-ittri u l-pakki u sabet li wiehed mill-pakki kien indirizzat ghaliha hekk: “Lil Sara, it-tfajla liebsa l-iswed u zdingat.” Hadet il-kaxxa fil-kamra taghha fuq il-bejt u fethitha. Kemm ferhet li rat dak l-ikel ghax il-kok kien pjuttost offensiv maghha dawn l-ahhar granet u ta ftit ikel biex tiekol. Imma l-gid li kellha riedet taqsmu ma’ hbiebha. Filghaxija stiednet lil hbiebha ghall-festin ckejken. Hadu bicca kejk u kienu ghadhom anqas hadu gidma li ma semghux passi telghin it-tarag.

“Dik zgur Miss Minchin,” qalet Becky u bil-biza’ waqqghet il-bicca kejk ma’ l-art.

“Iva, “ qalet Sara, “ Miss Minchin indunat.”

Minghajr ebda edukazzjoni, Miss Minchin fethet il-bieb bil-herra b’daqqa ta’ sieq. Kienet irrabjata ghal ahhar. Mimlija qilla harset lejn il-tlett ibniet. “Kont qed nissuspetta xi haga ta’ din ix-xorta,” ghajtet kollha qilla.” Imma qatt ma ghaddielhi minn mohhi li kienet xi haga bhal din. Sewwa qaltli Livinia. Qaltli l-verita’”

Issa saru jafu min kienet l-ispija. Lavinia kienet indunat bis-sigriet taghhom u ttradithom. Miss Minchin resqet lejn Miss Becky u fajritilha daqqa ta’ ponn fuq widnejha.

“Kemm inti imprudenti,” werzqet maghha Miss Minchin. “Tista’ titlaq mid-dar ghada filghodu.” Emily bdiet tikbi u Sara trieghdet bil-biza.

“Jekk joghgbok tibghatnix ‘l barra,” talbitha Sara. “ Xi hadd baghtlihi dan il-pakkett u konna qed naqsmuh flimkien.”

“Allura kont inti li ppjanajt kollox, Sara,” qalet Miss Minchin. “Emily qatt ma kienet tasal biex taghmel haga bhal din.” Miss Minchin tat harsa lejn il-pakket ta’ l-ikel. “Kif kellek il-wicc tiehu dan! Ma tafx li dan hu serq?"

“Qed nara li dan il-pakk huwa mibghut mir-ragel li joqghod hdejn l-iskola, Mr Carrisford, “ qaltilha Miss Minchin. “ U hawn haga ohra. Hawn xall. Ghada filghodu ejja mieghi u immoru ghandu u biex inroddulhu kollox lura." Harget barra mill-kamra u sabtet il-bieb.

L-ghada filghodu Mr Carrisford kien li fetah il-bieb u talabhom jidhlu gewwa. Meta dahlu fil-kamra tas-salott sabu lill-mara ta’ Mr. Carrisford kif ukoll lil huh Bill.

Kienet Miss Minchin li fethet id-diskursata: “Miss Crewe ghandha xi haga x’tghidilkom.”

“Ghidt Miss Crewe?” qal Mr Carrisford. “ Nahseb li din hi dik it-tifla li konna qed infittxu.” Kliem Mr Carrisford hasad lil Miss Minchin u ma kienitx taf x’ser tghid. Imma Mr Carrisford kompla, “ Ghidli issa inti studenta fl-iskola ta’ Miss Minchin?”

“Kont xi darba,” qalet Sara.

“X’jigifieri kont xi darba?” staqsa Mr Carrisford.

“Jigifieri meta hadni ghal l-ewwel darba missieri.”

“U fejn hu missierek?”

“Miet” wiegbet malajr Sara. “Tilef flusu kollha u ma kienx fadallu xejn. Ma kien hemm hadd min jiehu hsiebi jew ihallas lil Miss Minchin ghal l-edukazzjoni tieghi.”

 "Allura ma ghadekx aktar studenta’ ta’ Miss Minchin?”

“Ma nafx x’naqbda inwiegeb ghaliex ma nafx.”

 “ U ghaliex ma tafx?”

 “Ghal l-ewwel kont studenta u noqghod fl-iskola taghha, imma issa norqod fil-kamra ta’ fuq il-bejt ma gemb il-qaddejja, “ qalet Sara. "Immur nixtri u naghmel qadjiet lill-kok u naghmel dak kollu li jordnali. U liz-zghar nett nghallimhom xi haga.”

 “U missierek kif tilifhom flusu?”

 “ Mhux hu kien li tilifhom. Huwa kellu habib li kien jhozzu hafna. Silfu l-flus u afdah.”

 “Il-habib tieghu forsi ma fehemx li jaghmillhu xi hsara, “ wiegeb Mr Carrisford. "Seta’ gara xi zball. U x’kien jismu missierek?”

 “Ralph Crewe, il-Kaptan Ralph Crewe. Miet gewwa l-Indja.”

“ Din hija t-tifla li konna qed infittxu. Kollha kemm hi,” ghajjat b’ton ferhan quddiem martu u  huh Bill.

© Copyright INHOBB NAQRA