KAPITLU 11

 It-tielet habiba li kellha kienet Lottie. Kienet ghadha zghira u ma kienitx ghadha taf x’jigifieri tkun fqira. Semghet dak kollu li gralha habibitha, imma ma setghitx tifhem ghaliex kienet tidher differenti minn kif kienet tafha hi u ghaliex kienet tilbes ilbies qadim iswed. Ma setghitx tifhem ghaliex kultant kienet tara lil Sara tghallem liz-zghar nett fil-klassi u hija ma kienitx tigi biex titghallem.
 
Lottie semghet minghand shabha iz-zghar xi ghajdut li Sara ma ghadiex torqod fil-kamra taghha, imma fil-kamra ta’ fuq il-bejt. Sara ma kienitx trid tghidilha xi kien gara mill-ahhar li ratha. “Issa inti fqira?” saqsiet Lottie lil Sara b’mod innocentI u kunfidenzjalment fl-ghodwa li habibitha dahlet biex tiehu hsieb klassi taz-zghar nett u tghallimhom b’mod elementari l-Franciz. “Thossok fqira daqs dak it-tallab li jkun bil-qieghda hdejn it-targa ta’ l-iskola taghna?”  Sara poggiet idejha fl-id irqieqa ta’ Lottie. “Ma irridikx tkun fqira bhat-tallab," qalitlha Lottie,
 
Dehret li Lottie kienet ser tikbi imma Sara mill-ewwel ikkunslata. “It-tallab ma ghandux fejn jorqod,” qaltilha kollha kuragg, “jiena ghandi fejn immidd rasi ghal filghaxija  u anke post fejn nghix.”
 
“Fejn tghix allura?” ippersistiet Lottie. “ It-tifla l-gdida li torqod fil-kamra tieghek ma zzommx kamritha pulita bhalma kont izzommha inti.”
 
“Jiena noqghod f’kamra ohra.”
 
“Sabieha xejn. Nixtieq li tohodni u naraha.”
 
Lottie innotat, ghalkemm ta’ eta' zghira, u saret taf li jekk xi haga tmur hazin Sara tiehu l-htija. Jekk Miss Minchin kienet tahseb biss li t-tfal ma kienux attenti jew kienu jitkellmu waqt il-lezzjoni, Sara kienet il-htija.
 
Imma Lottie kienet tifla determinata. Hasbet li jekk Sara ma tghidilhiex fejn kienet tghammar, b’xi mod jew iehor issir taf. Kienet tissemma x’kienu jghidu l-istudenti l-kbar, iddur ‘l hawn u ‘l hemm u anke titkellem ma’ shabha biex takkwista informazzjoni. Fl-ahhar saret taf fejn Sara kienet tghix u bdiet tiela it-tarag li kien jiehu lejn il-kamra tal-bejt. Hemm sabet zewg bibien, imma liema wiehed kien?  Fethet l-ewwel wiehed li gie ghal idejha u hemm lemhet lil Sara isserrah ma’ mejda qadima u thares mit-tieqa.
 
“Sara,” ghajtet. Baqghet imbellha ghaliex il-kamra ta’ fuq il-bejt kienet ghoddha vojta u fuq kollox kerha biex tghix go fiha.
 
Sara daret lura hekk kif semghet lehinha. Issa kien imiss lil Sara li thossha ixxukjata. X’ser jigri issa? Jekk Lottie tikbi u xi hadd jismaghha, tkun imkeccija u Lottie tidhol fl-inkwiet ukoll. Griet lejn Lottie u wissietha., “taghmel ebda hoss u tibkix. Inkun imcanfra jekk taghmel hekk u illum hlief canfir ma qlajtx. Ma hiex kamra kerha daqs kemm qed tahsibha, Lottie.”
 
Lottie gidmet xuftejha biex ma tikbix u stqarret li kienet, iva kamra kerha hafna.
 
Biex twarrbilha minn mohha kull hsieb, Sara, qaltilha, “ Minn hawn fuq tara hwejjeg li wiehed ma jistax jara minn hemm isfel.”
 
“U x’tara dak li minn hemm isfel ma tarax?” talbitha tghidlha Sara.
 
“Tista’ tara c-cmiem bid-duhhan jitgerbbeb ‘l fuq mas-shab  fis-smewwiet u l-ghasafar tal-bejt jaqbzu fuq ic-cnut tad-djar u jithaddtu bejnithom qishom nies. Minn hawn fuq qisek qed tghix go dinja ohra.”
 
“Halli nara,” qaltilha Lottie. U billi Lottie kienet tifla zghira tablet lil Sara tgholliha fuq il-mejda biex tkun tista’ tara ahjar dak li qaltilha Sara.
 
Lottie qatt ma kienet dahlet go kamra fuq il-bejt u baqghet mistghagba ghal dak li wiehed seta’ jara. L-ghasafar tal-bejt kienu jaqbzu,  kienu qed jiggieldu bejnithom sakemm wiehed minnhom tar  ghan-naha l-ohra.

Lottie rat li Sara kellha ragun titkellem hekk fuq kamritha u Lottie wegbitha, ”Verament tghogobni din il-kamra. Ahjar mill-kmamar ta’ isfel.”
 
Dak il-hin l-ghasfur tal-bejt resaq lejn il-hgiega tat-tieqa u beda’ jtektek b’munqaru biex bhal li kieku jghid xi haga.
 
“Nixtieq li kelli ftit frak tal-hobz biex nitimghu. Taf xejn Lottie li ta’ kull filghodu jigi jtektek mal-hgieg biex jurini li jrid jiekol.”
 
“Ghandi bicca hobz fil-but,” qalet Lottie. “Farrakhielu u newwielilhu. Xtrajtha l-bierah mis-sold li kelli fll-but u erfajt bicca.”
 
Sara ghamlet kif talbitha Lottie. L-ghasfur hares l-ewwel lejn il-frak, refa’ rasu lejn Sara biex bhallikieku jghidlha grazzi u beda’ jnaqqar mill-frak.
 
Imbaghad meta deherlu li kiel bizzejjed tar. “Tghid ghada jigi?” staqsietha Lottie.
 
“Nahseb. Kuljum jigi.” U kompliet tghidilha Sara “ U mieghu jgib xi hbieb.”
 
Ma lahqitx spiccat il-kelma li ohrajn nizlu fuq ic-cinta tat-tieqa u bdew inaqqru il-frak li halla warajh l-ewwel ghasfur. Jidhru li kienu bil-guh. Din id-dehra ghogbot hafna lil Lottie, hekk li ma baqghetx tahseb li l-kamra ta’ Sara kienet kerha, anzi post sabih biex tghammar hemm. “Nista’ norqod fis-sodda u nhares dritt ghal gos-sema minn dik it-tieqa fis-saqaf. Nara s-shab ta’ filghodu u l-kwiekeb ta’ filghaxija. Kultant nibda’ nghoddhom u ftit wara ghajnejha jitqalu bin-nghas u norqod.”
 
“Kemm hu sabih tghix hawn,” qaltilha Lottie.


 


© Copyright INHOBB NAQRA