KAPITLU 12

Lejla wahda sehhet haga tad-dahq ghalkemm forsi f’certu sens ma kienet tad-dahq xejn. Tmiss ma’ l-iskola ta’ Miss Minchin kien hemm id-dar tal-Familja Carrisford.

 Kien zmien il-Milied u Mrs Carrisford kienet qed taqra storja lit-tfal taghha. Kienet storja dwar zewgt itfal li kienu foqra u bil-guh. La kellhom omm u anqas missier biex jixtrulhom ir-rigal jew johduhom ghal  xi teatrin komiku. Pero’ tifel u tifla ta’ qalb tajba meta rawhom hekk fqar u bil-guh tawhom xi flus biex jixtru l-ikel.

 It-tifel iz-zghir tal-familja Carrisford meta sema’ din il-grajja tnikket hafna. Xtaq li kieku jghin tifel fqir. Nanntu tatu sikspens u huwa haseb jekk jistax joffrih lil xi tifel fqajjar. (Is-Sikspens jew sixpence bl-ingliz dawk iz-zminijiet ta' l-istorja taghna kellu hafna valur. is-sikspens kien jiswa' sitt soldi.)

 Ghalkemm fiz-zminijiet taghna sikspens ma huwa xejn, dawk iz-zminijiet kont tista’ tixtri hafna bih. Hekk kif Donald u ommu kienu sejrin lejn il-karozzella taghhom, Donald lemah lil Sara bil-qieghda fuq bankina liebsa mqatta u b’kappel go rasha, izzomm basket fuq drieghha. Haseb li kienet tifla fqira, resaq lejha u taha s-sikspens. “Hawn,” qalilha, “tifla fqajra hudu u ixtri xi haga ghalik biex titrejjaq u tilbes ahjar f’din il-kesha.”

 Sara qatt ma rrealizzat li kienet fqira jew li kienet tidher bhal wahda fqira ghaliex kienet tat-tajjeb. Imma issa ghadda dak iz-zmien li kienet tghix ta’ sinjura ma’ missierha. Min jaf kemm tat soldi lin-nies li jbatu l-faqar. Imma issa, iva, fehmet li kienet wahda mill-familja tal-foqra. Wiccha hmar bil-misthija u rat li ma kellhiex taccettah ghax bit-tajjeb jew hazin kienet tiekol u tghaddiha fl-iskola ta’ Miss Minchin.

 “O, le. le le. Grazzi, imma ma nistax naccettah.”

 “Iva hudu u mur ixtri dak li ghandek bzonn.”

 Sara harset lejh. Wiccu kien jixhed it-tjubija. Li kieku baqghet tippersisti, li ma tridx il-karita' kien ikun dizappunt ghat-tfajjel. Li tibqa’ tghidlu le kienet tkun haga krudila.

 “Grazzi hafna, ghaziz tfajjel. Ghandek qalb tajba hafna.!"

 Hekk kif dahal fil-karrozzella jitbissem, Sara ppruvat titbissem ukoll, imma zewgt demghat nizlu minn ghajnejha. Kienet taf li hwejjigha ma kienux sura, imma qatt ma basret li xi hadd kien ser jemmen li hija kienet tallaba. “Donald, “ qaltlhu ommu,” ghaliex offrejt is-sikspenz lil dik it-tfajla? Jiena zgur li hija ma hiex tallaba!”

 “Imma hwejjigha dehru tant imqatta u mahmuga,” qalilha Donald.

 “Ma tkellmitx bhallikieku kienet xi tallaba!” qaltlu Mrs. Carrisford U hija qaltlek “le l-ewwel darba li offrejtilha l-flus. Bzajt li kienet ser tirrabja mieghek. Taf inti li hwejjeg bhal dawk jirrabjaw lin-nies meta n-nies jahsbu li huma tallaba meta fil-fatt ma humiex.”

 “Ma kienitx irrabjata, “wegibha Donald,” Dahqet kemm kemm u qaltli li jiena kelli qalbi tajba.”

 Issa Sara li kellha sikspenz ma ridietx tonfqu, imma kienet qed thossha bil-guh u kienet certa li t-tfajjel riedha li bil-flus li taha tixtri xi haga biex tiekol. Hija ddecidiet li tmur ghand tal-forn waqt triqtha lura lejn l-iskola. Hekk kif qasmet il-bankina lemhet xi haga li gaghlietha tieqaf. Hemm quddiemha kien hemm tifla li hwejjigha kienu mahmuga u mqatta aktar minn taghha u meta harset lejn wiccha, setghet tara li t-tifla kienet tassew bil-guh.

 Resqet lejha u staqsietha, “ Bil-guh?”

 “Iva,” wegbitha t-tifla.

 “Ma hadtx xi kolazzjon?"

 "U la kolazzjon, la pranzu u anqas cena. Ili ma niekol mill-bierah.”
 “Allura hadd ma tak xejn?”

 “Hadd u hadd. Kieku tlabt izda hadd ma ried jaghtini.”

 “Ara stennieni ftit,” wissietha Sara. U dahlet fil-hanut. Gewwa kien shun u r-rieha tfuh ta’ hobz u helu kienet taqsamlek qalbek.

 Il-mara kienet ser tpoggi gabare hbejziet helwin shan fil-vetrina. “Ara halli ntik tnejn ohra biex ma jkollikx nieqes fil-mizien,” qalitlha l-mara bit-tbissima. “Nghidlek li zgur tiekolhom f’xi hin. Mhux bil-guh inti?”

 “Iva,” wegbitha. “ Ghandi hafna guh u jiena obbligata lejk ghat tjubija tieghek.”

 It-tifla kienet ghadha mgezza fuq it-targa biex forsi tilqa’ ghall-bard. Sara resqet lejha, fethet il-borza u tatha wahda mil-hbejziet shan. “Ara, tajjeb u shun. Kulu biex ittaffi ftit il-guh. It-tifla ma rieditx temmen li Sara kienet daqs hekk hanina li offritilha hbejza tajba helwa u shuna, kuntrarju ghal xi bicca hobz niexfa li kienu jtuha xi nies. “Tassew tajba,” lissnet it-tifla u f’tebqa t’ghajn belghet dak il-bezzun. Sara meta ratha daqshekk bil-guh harget tlieta ohra u offrithomlha. “Tidher bil-guh aktar minni,” stqarret Sara bejnha u bejn ruhha.

 Meta Sara ratha li taffiet il-guh, sellmitilha u telqet biex tirritorna lejn l-iskola.

 Il-mara tal-hanut baqghet issegwi lil Sara hekk kif din harget mill-hanut. “Ma nistax nifhem ghaliex iz-zaghzugha tat mill-hbejziet li xtrat lil dik it-tifla fqira u kielithomx hi. Kienet bil-guh zgur. Ma nafx x’naghti u nsir naf ghaliex,” tkellmet wahedha il-mara.

 Kollha kurzita' il-mara harget barra ‘l hanut u kellmet lit-tifla tallaba.

 “Tajbin?” staqsietha l-mara biex tibda’ il-konversazzjonimat-tifla tallaba.

 “Jekk taqta’ hux tajbin!” wegbitha it-tifla tallaba.

 “Min tahomlok?”. U t-tifla ppuntat subghajha lejn Sara.

 “X’qaltlek?” kompliet tghidilha kollha kurzita’ il-mara tal-hanut.

 “Saqsietni jekk kontx bil-guh?”

 “U int ghidtilha li iva, ghandi nifhem, mhux hekk?”

 “Wegibtha li la kont hadt pranzu u anqas cena mill-jum ta’ qabel u kont bil-guh hafna.”

 “U kemm tatek hbejziet?”

 “Erba’ u issa nhossni xbajt.”

 Il-mara tal-hanut hasbitha. “U halliet tnejn biss ghaliha. U tant kienet bil-guh li setghet tiekol is-sitta li tajtha."
 Rat lil Sara iddur mal-kantuniera u tghib. “ Li kieku kont naf minn qabel bil-qalb tajba taz-zaghzugha kont intiha tuzzana.” Imbaghad daret lejn it-tifla tallaba u staqsietha, “ Ghadek bil-guh?”

 “Jiena dejjem bil-guh,” kienet it-twegiba, “ imma issa nhossni ahjar minn mindu kilt dawk i-hbejziet.”

 “Idhol gewwa”, stednitha l-mara u zammitilha l-bieb miftuh halli t-tifla tibqa’ diehla. “ Issa ishon, ghax naghmlek li ksaht silg daqs kemm hemm bard barra.” U b’subghajha wrietilha nar li kien qed iheggeg fil-kamra ta’ gewwa. “ Issa meta thossok li tixtieq tiekol bicca hobz, ejja hawn u itlobni.”

 Sara kielet iz-zewg hbejziet li kien fadallha. Kienu tajbin u shan. Hekk kief kienet miexja lejn l-iskola kienet tiekolhom f’gidmiet zghar biex iservuha hafna.

 Ftit wara dak li gara, dahal klient iehor fil-hanut tal-hobz. Kien pulizija jismu Bill. “Illum donnu gralek xi haga. Tidher hosbiena. Mhux is-soltu daqs kemm tirrakonta cajt,” qal lil Mrs Hawkins, il-bejjiegha tal-hanut.

 “Qtajt,” wegbitu Mrs. Hawkins. “ Qed nahseb fuq iz-zaghzugha li giet ftit tal-mumenti ilu fil-hanut. Kienet liebsa imqatta u tidher nofsha bil-guh. Xtrat sitt hbejziet u meta marret barra tat 4 minnhom li tifla tallaba fit-triq. Nixtieq inkun naf min hi?”

“Kif kienet tidher f’persunitha?” staqsa l-pulizija Bill.

 Mrs. Hawkins qaltlhu kollox. “ Dak li jiskantani kien il-fatt li kienet liebsa bhal tallaba u dehret nofsha bil-guh imma ghalija ma kienitx tidher li kienet xi tallaba.”

 “Il-mara ta’ hija ddeskriviet xi hadd bhala,” qalilha l-pulizija. “ In-neputi tieghi z-zghir offrilha sikspenz. Ma rieditx tiehdu ghal l-ewwel izda imbaghad accettatu. U ninsab cert li ghamlet dan biex ma toffendix lin-neputi. Halli f’idi, issa ndur dawra madwar u nara jekk xi hadd jafx dwarha.”

© Copyright INHOBB NAQRA