KAPITLU 7
IL-MINJIERI TAD-DJAMANTI
Wara din il-grajja, sehhet grajja ohra ta’ interess kbir. Missier Sara, il-Kaptan Crewe kitbilha u qalilha ahbar l-aktar interessanti.
Ragel gie biex jarah. Il-Kaptan Crewe gharfu. Kien habib tieghu sa minn zmien li kienu jmorru l-iskola flimkien. Habibu kien propjetarju ta’ bicca art u fiha sabu d-djamanti. Ried jhaffru l-art imma flus ma kellux u ried xi haga biex jibda’ il-miniera. Qalilha li jekk kollox imur sew kien ser isir sinjur.
Sara qalet b'dan lil xi hbieb taghha. L-ahbar imlietilhom rashom b'hafna hsibijiet u imaginazzjoni. Quddiem ghajnejhom gabu lill-haddiema tal-minjieri ihaffru mini twal u mudlama. Imaginaw li l-hitan kienu minlija djamanti u crieket tad-djamanti u Sara tircievi brazzuletti imzjena bid-djamanti.
Ma setghax jonqos li kliem bhal dan wasal ukoll f'widnejn Lavinia u Jessie. Lavinia kienet malizzjuza u qalet lil Jessie li hija ma temminx hwejjeg bhal dawn, li minjieri tad-djamanti jezistu. “Ommi ghandha curkett tad-djamanti li jiswa’ erbghin lira. U mhux xi wiehed kbir, tafx, kieku kien hemm minjieri tad-djamanti, in-nies tant ikunu sinjuri li tkun haga redikola.”
“Forsi Sara tkun hekk sinjura li tidher redikola,” laqalqet Jessie biex tinkiha.
“Hija redikola minghajr ma hija sinjura,” qalet Livinia.
“Nahseb li inti tghir ghaliha,” wissietha Jessie.
“Le,” hatfitha Lavinia,” Imma ma nemmix li hawn minjieri mimlija djamanti.”
“Imma min xi imkien jigu,” qaltilha Jessie.
Ghadda xi zmien minn din l-ahbar sabieha ghal Sara, meta jum wiehed tircievi ittra minn ghand missierha fejn fiha jghidilha li jhossu marid u ma jistax jikkoncentra u li xi haga marret zmerg fil-minjieri tad-djamanti.
© Copyright INHOBB NAQRA
Make a free website with Yola