KAPITLU 10
Hekk kif Sara bdiet tiela ghal kamra ta’ fuq il-bejt, gharfet li hajjitha kienet ser timbidel minn lejl ghan-nhar. Imteddet fuq sodda iebsa u hassitha mdejqa ghal ahhar. Il-kamra kienet nieqsa minn kull kumdita’ u l-kesha tax-xitwa kienet taghmilha aktar difficli ghaliha . Fis-silenzju tal-kamra Sara kbiet il-mewt ta’ missierha li anqas taf x’gara minnu hlief li marad b’marda kiefra li ha mill-gungla, forsi minn gdiem ta’ insetti.
Wara li stejqret mill-biki hija hasbet:“ Imma hafna nies ohra ghandhom hajjithom aktar iebsa minn tieghi. Almenu jiena ghandi saqaf, tajjeb jew hazin fuq rasi imma hemm ohrajn li jorqdu barra. U s-suldati tal-gwerra jkollhom jorqdu fit-tined fis-shana u fil-kesha. Jiena ahjar minnhom hawn. Grazzi Mulej.” U qalet talba ghar-ruh missierha.
Wara ftit kien hemm tahbita fuq il-bieb. Fethitu u rat lil Becky bilwieqfa quddiemha bid-dmugh niezel. “ Kemm iddispjacini meta smajt l-ahbar tal-mewt ta’ missierek u l-mod ta’ kif ittrattatek Miss Minchin.”
U Sara wegbitha, “ Jiena ninsab kuntenta li ghandi lilek bhala habiba li fiha nista’ nafda d-dwejjaq tieghi kollu.”
Il-hsieb ta’ Sara kien li jekk ma tirrispondix lura meta jcanfruha, u taghmel bil-ghaqal dak li jghidulha, allura il-kok u l-qaddejja l-ohra jindunaw li quddiemhom ghandhom haddiema tajba u jieqfu jittrattawha hazin. Riedet turihom li hija kienet tipprova taqla’ l-ghexien taghha u mhux tghix bil-karita’. Imma z-zmien wrieha li aktar ma kienet tahdem aktar kienu japprofittaw ruhhom u jhaddumha izjed.
Miss Minchin rat li Sara kien ta’ min jafdaha. Kienet tibghatha tixtri u thallas il-kontijiet. Kienet tnaddaf il-kmamar u dak kollu li jehtieg biex l-iskola tidher nadifa. U minkejja li Miss Minchin rat dan kollu, dejjem kienet tgergrilha.
Billi, issa Sara ma kienitx aktar studenta, ebda ghalliema ma kienet qed tghallimha. Meta kienet tispicca mix-xoghol taghha kellha permess li tidhol fi klassi u tistudja wahedha. Rat li din hija haga mportanti u li bis-sahha ta’ hekk jum wiehed seta’ jkollha xoghol tajjeb.
Hafna mill-istudent ma baqghux hbieb taghha. Anzi xi uhud, u dawn ma kienux ftit, kienu jhossuhom baxxi li jitkellmu maghha. Minn naha taghha anqas hija ma kienet tipprova tkellimhom ghaliex bezghet li jiksruha u jghidulha biex ma tersaqx lejhom. Biz-zmien Sara ndunat li hwejjigha kienu qdiemu u li z-zraben taghha bdew jittaqqbu. Hafna mill-istudent kienu sinjuri u ma riedux jithalltu ma' tifla fqira. Meta kienu jisimghu kif kien ikellimha l-kok kienu jahsbu li tassew ma kienitx bhalhom. Naturalment dan kien kollu hazin. In-nies ma ghandhomx jigu gudikati minn kemm huma sinjuri jew fqar.
Sara kienet tahdem bhal ilsir. Kienet itterraq f'toroq kollha ilmijiet tax-xita, iggor basktijiet jew pakki. U meta hwejjigha saru koroh u kwazi tqattghu kienu qalulha li ahjar titwarrab minn nies u tmur tiekol wahedha.
Kull weggha kienet issofriha bil-pacenzja. “Is-suldati ma jgergrux,” kienet tghid wahedha. Jiena ma hux ser ngerger. Inqis li qieghda fi gwerra.”
Kultant qalbha kienet trid tinqasam bid-dulur u kwazi tkun ser tikbi. Imma fost dan id-dwejjaq kollu, hija kienet iserrah mohha li kellha tlett ihbieb. L-ewwel wahda kienet Becky. Kienet tghix maghha fuq il-bejt f’kamra biswit taghha. Becky kienet izzurha kull filghaxija u hemm fis-skiet minghajr interruzzjonijiet kienu jitkellmu fuq dak li ghadda minn ghalihom matul il-jum.
It-tieni kienet Emily. Kienet marret lura d-dar ghal xi jiem billi ommha kienet marida. Meta Sara tilfet kull ma kellha, Emily kienet nieqsa mill-iskola. Meta giet lura u ma ratx lil Sara ghal xi jum jew tnejn iltaqghet maghha fil-kuritur, iggorr il-hwejjeg biex jitqassmu fil-kmamar ta’ l-istudenti. Sara dehret mixruba u bilkemm gharfitha.
Emily semghet bid-disgrazzja ta’ Sara, imma qatt ma ghaddielha minn mohha li ser taraha hekk mixruba. Iddispjaciha hafna ghal dak li ghaddiet minnu habibitha. Resqet fuqha u staqsieha kif kienet thossha.
“Kif tridni nhossni? Tahseb li jiena kuntenta?” wegbitha b’zewg mistoqsijiet u kompliet fi triqtha tqassam il-hwejjeg fil-kmamar. Ghal l-ewwel Sara hasbet li Emily kienet bhat-tfajliet l-ohra li bdew jaharbuha u ma jkellmuhiex filwaqt li jghaddu minn ma’ gembha.
Lejla wahda Sara kienet gejja lura l-iskola minn qadja li Miss Minchin baghtiha taghmel. Gholliet harsitha lejn kamritha u hemm rat dawl fit-tieqa tal-kamra taghha fuq il-bejt. “Mela dahal xi hadd f’kamarti. Hadd ma jidhol fiha hlief jiena,” tkellmet wahedha.
Ghagglet biex tmur tara x’kien gara. U malli timbotta l-bieb tilmah quddiem ghajnejha lil Emily b’xema imqieghda fuq kandlier fuq il-mejda. Kienet bilqieghda bil-pigama u mgerzwra f’xall ahmar tistennieha.
“Emily,” ghajtet Sara. “ Ma tafx li ma tistax titla’ hawn fuq. Zgur li tidhol fl-inkwiet jekk jindunaw.”
“Naf, imma ma jimpurtanix. Sara ghidli ghaliex ma tridx tkellimni izjed?”
“Jiena kieku nixtieq inkelmmek, imma issa l-affarijiet tbiddlu.”
“Ara, Sara, l-affarijiet ma tbiddlu xejn. Jiena ghandi l-habib tieghek u hekk nibqa’
“Miss Minchin wissietni li ma ghandix nitkellem aktar ma’ l-istudenti . Issa jiena sirt seftura u ma ghadnix aktar studenta. U r-regola hawn hija li s-sefturi ma jithalltux ma’ l-istudenti. Fhimtni, issa ghaziz Emily. Hafna minnhom jaharbuni u ma jkellmunix. U jiena hsibt li inti kont bhalhom u allura warrabt minn nofs.”
Iz-zewgt tfajliet ghal darb’ohra saru hbieb.
© Copyright INHOBB NAQRA