KAPITLU 8
Il-Kaptan Crewe kiteb lil Miss Minchin u qalilha biex thejji festin kbir ghal okazzjoni ta’ jum twelid Sara. Talabha li zzejjen is-sala ta’ l-iskola u tistieden lil kulhadd. Weghdha wkoll li ser jibghatilha l-flus biex ihallas kollox ghal l-ispejjes li taghmel.
Meta Sara marret fil-kamra taghha hija sabet pakkett fuq il-mejda. Fethitu u sabet mhadda zghira kwadra. Kienet mahduma minn flanella hamra u labar suwed li kien imwahhla fuqha biex jiffurmaw “Happy Birthday Sara.”
Ghalkemm il-materjal ma kienx jiswa’ hafna flus, imma xi hadd ha hafna zmien biex jahdem dan ix-xoghol.
“Min jista’ jkun li tani dan ir-rigal?” Dak il-hin rat il-bieb jitbexxaq u minnu titawwal, dahlet ras Becky. Fuq wiccha kellha tbissima u kienet tidher ferhana. “Ghogbitek, Sinjorina Sara?”, staqsietha.
“Daz- zgur li ghogbitni. U din ghamiltha inti wahdek?”
“Iva,” wiegbet Becky, “ Ta kull filghaxija dawn l-ahhar hmistax kont insib ftit tal-hin liberu filghaxija u kont noqghod nahdimha.”
“Mela bla dubju u zgur, li gejja mill-qalb,” qaltilha Sara u griet lejha u tatha tghannieqa.
Fil-jum tal-festin is-sala kienet imzejna kif jixraq ghal okazzjoni. Strixxun Awguri Sara kien imdendel u jlellex faccata tal-bieb. Fuq imwejjed twal miksija bi tvalji bojod silg kien hemm imhejji ikel bl-abbundanza ta’ kull tip, u tazzi lesti biex jintlew bix-xorb. Hekk kif Sara dahlet l-istudent mistednin capcpulha bhala sinjal ta’ merhba. Wara Sara dahlet Miss Minchin u ohtha Emma. Takkumpanjhom kienet il-qaddejja Becky igorr kaxxa. Becky kien liebsa pulit ghax Sara stednitha biex tippartecipa fis-festin ta’ jum twelidha. Poggiet il-kaxxa ta’ tifkiriet fuq tavolin u baqghet hemm.
Hawn indahlet Miss Minchin li qaltilha: “Tista tmur, hawn mhux postok.” Imma fil-pront qabzet Sara u qaltilha: “ Jekk joghgbok lil Sara stedintha jiena u nitolbok li thalliha tgawdi maghna.”
Dawk iz-zminijiet tal-grajja taghna s-sefturi u qaddejja kienu meqjusa bhala persuni baxxi u kienu tajbin biss biex jahdmu. Ma kellhom qatt jithalltu ma’ min ihaddimhom u jwiegbu biss meta msejha.
Miss Minchin ma tantx hadet pjacir ghax qatt ma riedet li l-qaddejja jithalltu ma’ l-istudenti u l-ghalliema. Imma f’din ic-cirkustanza ma kellhiex ghazla ohra x’taghmel biex timxi biss fuq l-istruzzjonijiet li taha missierha li Sara kellha tistieden li min jidhrilha hi basta persuni li jkunu prezenti fl-iskola.
Kien imiss li l-mistiedna jiehdu b’idejn Sara u jixtiequlha kull gid, qabel jibda’ l-ikel u x-xorb. Fost dawk li ferhulha kien hemm l-ghalliem tal-Franciz Monsieur Dufrage u dan ghaddhielha x-xewqat sbieh tieghu bil-Franciz u Sara wegbithu lura bl-istess lingwa.
Wara l-awguri, beda’ jitqassam l-ikel. Kulhadd ha gost jieklu bil-qalb u jfahhar li dawk li hadmuh u pprovdewh.
L-ghada tal-festin Miss Minchin kellha vizitatur mhux mistenni. Kien Mr. Barrow, in-nutar ta’missier Sara.
© Copyright INHOBB NAQRA