KAPITLU 5

 ESTER

Miss Minchin kienet tara li Sara hi studenta ntelligenti u titghallem malajr. Il-manjieri taghha kienu tajba ma’ kulhadd u kulhadd kien habib maghha.

Imma fil-qiegh ta’ qalbha Miss Minchin ma kienitx iggibha. Pero’ kienet tahseb li jekk Sarah tikteb lil missierha u tghidlhu li kienet imdejqa, missierha zgur li kien jibghatha band’ohra. Riedet li Sara tibqa’ fl-iskola taghha, minkejja li ma kellhiex grazzja maghha, ghax missierha kien qed ihallsilha hafna flus.

Quddiema hija kienet tara lil Sara mhux bhala persuna li kellha d-dritt li tikber fl-edukazzjoni taghha, izda bhala sigra tal-flus.

Jum wiehed Sara stqarret ma’ Emilja li thossha li ma kienitx persuna ta’ qalb tajba bizzejjed ghaliex il-hajja ghaliha kienet dejjem bla problemi.

Wegbitha Emilja: “ Hares lejn Lavinia, dik ukoll il-hajja dahqitilha u madanakollu hija tfajla li timbuttak”

“Jiena smajt li Miss Emma, oht Miss Minchin, tghid li Lavinia qed tikber minn jum ghal iehor u dan il-fatt igaghlha tkun nervuza,” qalet Sara.

Fil-verita’ Lavinia kienet tfajla kiesha. Kienet tghir ghal Sara u hasbet li hija l-kap fl-iskola sakemm waslet Sara. Kienet tintimida lil-istudenti izghar minnha. Kienet tilbes tajjeb u sabih u dejjem kienet fuq quddiem meta kienu jimxu flimkien lejn il-knisja.

Kienet pruzuntuza mat-tfajliet li kellhom l-eta taghha. 

Imma meta waslet Sara, l-affarijiet imbidlu. Sara saret hija l-kap, mhux ghax kienet tintimida lil dawk izghar minnha, izda ghaliex ghamlet hbieb maghhom u kienet turihom qalb tajba. Il-hwejjeg taghha kienu isbah u ahjar minn ta’ Lavinia u dejjem kienet issib ruhha fuq quddiem tmexxi il-grupp tat-tfajliet ghall-knisja skont ma kif kienet tordna Miss Minchin.  Minkejja dan kollu Sara qatt ma kellha xi pretensonijiet.

Minkejja li Jessie kienet l-aqwa habiba ta’ Lavinia, hija kienet tqis il-kwalitajiet sbieh ta’ f’Sara. “ Taf inti Lavinia,” qaltilha, “ Sara qatt ma ippretenditha. Qatt ma tipprova tiehu vantagg minn fuq haddiehor.”

Lavinia faret bir-rabja li ghalkemm ma wrietx esternament, kliemha kien jixhed l-ghira u t-tbaqbiq li kienet qed thoss go fiha. “ Pero’ hija haga tal-misthija li Miss Minchin timbotta ‘l quddiem lil Sara meta jzuruna xi nies importanti.” Kompliet b’ton li jixbah lil dak ta’ Miss Minchin, “ Ghaziza Sara, jehtieg li tigi u titkellem bil-Franciz quddiem Lady Pitkin. Il-pronunzja u l-accent tieghek huma perfetti.”

“Imma Sara qatt ma tghallmet il-Franciz hawn fl-iskola taghna,” qalet Jessie. “ Dan stqarritu hija stess.”

“Ma hemm xejn x’tistaghgeb li hija taf titkellem bil-Franciz. Ommha kienet Franciza u missierha kien ikellimha bil-Franciz,” wegbitha Lavinia.

Jessie ma qalitx kelma ohra u d-diskursata intemmet hawn bejn iz-zewgt ihbieb.

Kien hemm cirkustanza meta Lavinia tat daqqa ta’ harta lil tifla izghar minnha jisimha Esther u ghajritha “mostru zghira.” Sara li quddiemha sehh dan kollu ndahlet fin-nofs u qabzet ghaliha filwaqt li tatha maktur biex timhas id-dmugh li gelben ma’ hadejha ghal l-insult li qalet.  Lavinia ma tkellmet xejn, izda inkiss inkiss dawret dembha u kompliet ghar-rihha. Haga bhal din kieku tkun taf Miss Minchin ma kienitx thalliha ghaddejha lixxa. U jekk Esther kienet tirraportha, dejjem kienet titwemmen ghaliex kellha xhud lil Sara.

Esther intbaghtet l-iskola ftit gimghat biss wara l-mewt ta’ ommha. Fid-dar kienet l-unika tifla u tant kienet imfisda li kull ma kienet trid jew titlob kien jinghatalha. Jekk kienu biss jieqfulha, araha kienet tikbi u twerzaq sakemm tiehu dak li trid.

Jum wiehed Sara kienet qed tistrieh fuq pultruna fil-kamra taghha taqra storja bil-Franciz meta f’daqqa wahda semghet biki u twerziq gej minn kamra, tlieta ‘l boghod minn taghha. Miss Minchin ghamlet minn kollox biex tfarragha u tghidilha li dak li trid ma tistax tatihulha.  “Irrid lura lil ommi, tuni lura lil ommi,” kienet tghajjat u twerzaq.

Fl-ahhar Miss Minchin ghajtet wahda ma’ Esther biex forsi tieqaf imma ma irnexxilhiex. Ghalhekk fethet il-bieb u u sabtitu warajha.

Meta Sara kienet certa li Miss Minchin telqet hija marret thabbat fuq il-bieb tal-kamra ta’ Esther. “Min hemm jghaddi.”

“Jiena Sara,” dawret il-pum u dahlet.

Meta Esther rat lil Sara bdiet tikbi. Sara poggiet hdejha u ma tkellmet xejn. Halliet lil Esther titkellem hi u tiftah qalbha maghha. Imbaghad Sara qaltilha: "Anqas jiena ma ghandi omm ghaliex din mietet meta kelli ftit xhur. Ma ghandi ebda tifkira taghha hlief ritratt. Inti xurtjata aktar minni ghaliex gawdejtha ghal ghax snin shah.”

Hawn Esther waqfet mill-biki. “Meta tkun aktar f’siktek niehu pjacir nisimghek tirrakontali fuq ommok, imbaghad jien nghidlek fuq tieghi. Tajjeb hekk.” Esther meshet wiccha mid-dmugh u kien dak il-hin li Miss Emma, oht Miss Minchn dahlet b’gabare ikel ta’ nofsinhar billi dak il-hin kien hin il-pranzu.

“Kif tinsab hawn?” staqsiet Miss Emma.

“Smajt il-biki u dhalt nistaqsiha jekk kellhiex bzonn ta’ xi haga?”

“Brava hafna,” fahhritha Miss Emma. “ Tidher li Esther issa giet xi ftit f’taghha. Kul hawn fil-kamra tieghek illum, ghax ma hux galbu li tinzel fir-refetorju tippranza ma’ shabek.”

“U inti Sara mur halli tiekol ghax diga tard.”



© Copyright INHOBB NAQRA