KAPITLU 6

 BECKY

Jum wiehed wara nofs in-nhar Sara rat tfajla jisimha Becky timbotta karretta mimlija faham lejn il-bieb ta’ wara. Waqfet ghall-ftit u dehret li kien ser ihossha hazin. “Kollox sew?” staqsietha Sara.

 “Daqt nigi f’tieghi. Ftit minuti u kollox ikun ok.,” qalet it-tfajla.” Imma dan ghadu l-bidu. Irrid ingorr dan il-faham kollu fuq u nqabbad in-nar.”

“Qed nara li inti ghajjiena,” qaltilha Sara. “Hallini ntik daqqa ta’ id.”

“Le, le. Ahjar ma taghmilx hekk,” qaltilha Becky. “ Jekk Miss Minchin tinduna li ghamilt hekk, inti taqla’ camata u jiena nitlef ix-xoghol.”

“Qatt ma ser tkun taf. Jekk nahdmu flimkien naghmlu kollox f’nofs il-hin.”

Hekk kif Becky imliet il-karretta bil-faham, Sara garritha ‘l fuq.

Imma inzerta li dak il-hin ghaddiet Lavinia.

“Sara!” sklamat Lavinia. “ Inti ma jmissek qatt taghmel xoghol li suppost jaghmlu l-qaddejja. Ma nahsibx li Miss Minchin tiehu pjacir meta nghidilha.”

“U anqas ma nahseb li t-tfajliet l-ohra jkunu kuntenti meta jisimghu li inti kont qed tirrakonta l-hrejjef.”

Lavinia telqet irrabjata ghal ahhar.

“Tinkwieta xejn” qalet Sara. “ Kollox ghandu jkun sew. Hi ma ser tghid xejn. Huwa punt ta’ unur fostna t-tfajliet li ma nghidu xejn kontra xulxin.”

Meta mill-gdid kienu fil-gnien, Sara stqasietha x’kien jisimha.

“Ismi huwa Becky.”

“U thobb  tahdem hawn?”

“ Anqas xejn. Jippretendu li naghmel kollox jien, nahsel il-hwejjeg, l-art, nsajjar, nifrex is-soddod. Naghmel hilti kollha imma jghidulhi li naghmel kollox hazin u jghajtu mieghi jew jaghtuni daqqa fuq widnejja. Hajti ghamluhieli mizerja.”

“Haga tal-biza’”, qalet Sara.

Qaghdu bil-qieghda ghal ftit u Sara tat bicca cake lil Bekcy. Saru hbieb tal-qalb  u minn zmien ghal iehor Sara kienet titawlilha fil-kcina u hemm ghal ftit minuti kienu jitkellmu flimkien.


© Copyright INHOBB NAQRA