Ivan ir-rghaj kien jirgha’ in-nghag  fuq wahda mill-gholjiet li kienu jdawwru l-belt kbira tar-re Massimiljanu. Rari biex kien ihalli dawk l-inhawi ghaliex l-gholjiet kienu joffru merghat tajba ghan-nghag. Beda’ jraxxax id-dlam, madanakollu, Ivan baqa’ fejn kien. Ghaliex dar fejn joqghod ma kellux. U anqas familja ma kellu. L-unici hbieb tieghu kienu in-nghag u dawn anqas ma kienu tieghu ghax kienu propjeta’ tar-Re. U ghax kien ihobbhom hafna kien jiehu hsiebhom daqs hajtu. Kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl kien jiekol u jorqod maghhom. Meta kienet taghmel ix-xita kien jistkenn f’daqsxejn ta’ gharix li hu kien bena’ imiss mal-maqjel fuq il-gholja.

  Hbiebu kienu jghoddu 99 u qatt ma kien ihossu wahdu. Daqqa kien idoqq il-flawt u ohra jaqbez l-arbuxelli bis-sahha tal-bastun tar-rghajja li kien izomm dejjem f’idejh biex juzah f’kaz li xi lupu jazzarda jersaq lejn il-merhla. Meta mal-lejl kien jistembah ghax jisma’ xi inbieh ta’ ilpup kien jixtieq li jkun rieqed go xi sodda shuna u mhux fuq saqqu tat-tiben fuq l-art iebsa tal-blat kollha umdita.

 Dak il-lejl Ivan ma raqadx ghax l-imbieh ta’ l-ilpup ma qata’ xejn. Ghal anqas hekk haseb. Imma meta l-hoss resaq aktar vicin induna li dak ma kienx il-hoss ta’ lupu. “Allura x’jista’ jkun”, haseb bejnu u bejn ruhu.”  Ma damx wisq ma gie f’sensih u nduna x’kien. Kienu passi tqal u frieghi jinkisru ma’ kull caqlieqa ta’ saqajn il-ggant. F’hin minhom il-ggant zelaq u gie ghal dahru fuq gozz hurrieq u xewk. Ghajta kbira ta’ ugiegh dwiet mal-muntanji. Ghalkemm kien id-dlam il-ggant ra lil Ivan fid-dawl tal-qamar kwinta u sejjahlu biex jghinu. “ Tfajjel zghir, tfajjel zghir ejja ghinni. Ejja orbotli riglejja u naghtik rigal.” Imma Ivan x’hin ra l-ggant telaq jigri kemm kellu sahha. 

X’hin sema lill-ggant jokrob bl-ugigh u ra li ma setghax iqum biddel hsiebu, u rega’ lura. Resaq lejh u wara li bil-gentilezza kollha refghalu siequ, nehha’ il-qmiss li kien liebes, carrataha fi strixxi u rabat sieq il-ggant. “Hekk ahjar,” qallu l-ggant. “F’hajjitek, ma kontx naf x’naghmel li kieku inti ma tajtnix l-ghajnuna. U biex nurik li l-ggant hu bniedem ta’ kelmtu jiena niehdok f’post fejn jingabru l-gganti u hemm jaghmlu festa kbira. Naccertak li tiehu gost u pjacir.” Ma baqghax jibza’ aktar mill-ggant ghax issa ghamel habib mieghu u filwaqt li gabar il-bastun tar-rghaj erhielha wara l-ggant izappap.

“Qabel ma nkompli t-triq, irridek tilbes dan ic-cinturin tad-drapp biex hadd minn shabi ma jkun jista’ jarak, imma inti tista’ tarahom,” qallu l-ggant filwaqt li mill-but il-ggant hareg dan ic-cinturin u libbsu madwar qadd Ivan.

Fuq stedina tal-ggant Ivan tela’ fuq spallejh.  “Jekk tkun ser taqa’ zomm ma’ xaghri,” qallu l-ggant. “ Ma intix tqil ghax nista’ nghidlek li mhux qed inhoss il-piz tieghek,” U dahaq bhallikieku sema’ l-isbah u l-aqwa cajta . “Kultant irridek tghajjat go widnejja ismi, Kostanz, biex inkun naf li inti ghadek fuq spallejja u ma waqajtx.”

Kostanz mexa’ b’passi kbar tul il-foresta u billi kien izappap, Ivan hassu fuq vapur f’bahar imqalleb, issa tiela’ u ohra niezel. Ma damux wisq ma waslu fi pjanura miftuha fil-qalba tal-foresta u hemm Ivan ra ggajta ta’ gganti kemm nisa kif ukoll irgiel.

Wiehed mill-gganti resaq fuq Kostanz u qallu: “Hsibnik li mhux ser tigi.”

U filwaqt li qallu hekk tah taptipa fuq spalljeh ta’ hbieb li kienu;  ghal ftit Ivan ma waqghax ma’ l-art, li kieku dan ma kiex qed izzomm sod ma’ xaghar il-ggant. 

“Din id-darba ser noqghod bilqieghda ghax ma nistax niehu sehem fil-festa taghna billi waqt li kont gej tfixkilt, waqajt u ilwejt sieqi. Hares ftit lejha kemm hi minfuha.” U filwaqt li qallu hekk hsiebu mar fuq Ivan. U biex isserrah ras il-ggant li huwa kien ghadu mqabbad mieghu, Ivan ghajjatlu go widnejh: “Kostanz, ghadni hawn.”

Il-gganti shabu, kemm nisa kif ukoll irgiel kienu jizfnu u jduru madwar il-funtana magika li kienet tarmi ilma frisk u safi u jleqq daqs il-fidda. Kantaw bla ma waqfu u l-ilhna goffi u gholja taghhom kienu jcaqilqu s-sigar. Hekk kif il-ferh u l-ghors tal-festa kien fl-aqwa tieghu, kien hemm hoss qawwi qisu ta’ ilma jgelgel u f’tebqa t’ghajn il-funtana ghebet fil-qiegh ta’ l-art qisu qatt ma kien hemm xejn. Ir-regina tal-gganti wissiethom li kien daqq nofs il-lejl.

Imbaghad ir-regina qalghet minn gheruqha sigra kbira u, il-gganti bdew nezlin wiehed wiehed taht l-art mill-hofra taghha. Kostanz b’lehen baxx hafna wissa lil Ivan biex ma jibzghax izomm mieghu ghax kien ser jiehdu mieghu taht l-art mal-gganti l-ohra.

Malli Ivan dahal taht l-art ma’ Kostanz sab ruhu go sala kbira kollha imzejna bid-deheb, hekk kbira li Ivan ma setghax jara t-tarf l-iehor taghha. Fin-nofs kien hemm mejda ta’ ikel li madwarha l-gganti kollha qaghdu bil-qieghda biex jieklu u jixorbu u jkomplu jiddevertu. Ivan baqa’ mistghageb bl-ikel li kien qed jara quddiemu. Tul hajtu hlief xi bicca hobz xotta bil-gobon u kejk zghir taz-zokkor fil-Milied ma kienx jiekol. L-gheneb kien qisu laring daqs kemm kien kbir u t-tigieg u t-tjur ohra ta’ l-ikel imsajra b’hafna hwawar kienu jixbhu lil ajkli kbar tas-smewwiet. 

Ivan haseb li kien qed johlom, imma johlom ma kienx ghax beda’ jisma’ it-tmecliq tal-gganti jieklu b’aptit kbir. Huwa resaq lejn widnejn Kostanz u qallu: “Jiena ghadni hawn, kollox sew.” Kultant Kostanz kien jiehu bicca kejk, jgholliha wara widnejh, meta hadd ma kien jarah u jnewwelha lil Ivan li f’kemm ili nghidlek kien jiddevoraha.

Qamet ir-regina u habbret li l-ikla giet fi tmiemha u kulhadd kellu jmur lura f’daru. Waqt li shabu kienu mexjin lejn wicc l-art, Kostanz hataf hobza zghira mhawra bil-laham u newwilha lil Ivan waqt li qallu: “Poggi din il-hoba fil-barzakka tieghek ta’ rghajj u ibqa’ ftakar fija meta mill-gdid nitilghu fuq wicc l-art. Kostanz il-ggant hu bniedem ta’ kelmtu.”

Kollox gheb fi ftit mumenti . U l-hsejjes tan-nghag qajmuh  u Ivan sab ruhu fuq il-muntanja jirgha mill-gdid in-nghag tar-re. Malajr gie f’sensih u fehem li dik ma kienitx ghajr holma. Imma malajr nehha kull hsieb ghaliex meta telghet ix-xemx u hass il-guh dahhal idu fil-barzakka u hemm hass il-hobza imhawra li kien tah il-ggant.

Meta tefa’ il-hobza taht snienu hass li l-gewwieni tal-hobza kien iebes.  Ilsienu mess xi haga kiesha u iebsa. Kienet munita tad-deheb li waqghet minn bejn il-hobza. Hares lejn il-hobza u ra li ma kienet turi ebda gidma ta’ snienu. “Din xi hobza imsahhra,” qal bejnu u bejn ruhu.

U rega’ gidimha u munita ohra tad-deheb waqghet fl-art . U gidimha u rega’ gidimha sa ma ra li quddiemu kellu bizzejjed muniti tal-deheb. Gieh il-hsieb li jibni palazz u jmur jghix bhar-re u r-regina, imma kif ser jinfired minn nghag li hu tant kien ihobb?

tmiem l-ewwel parti


 

© Copyright INHOBB NAQRA