IR-RE U Z-ZARBUN

Zmien zmien ilu, hafna zmien ilu, in-nies kienu jghixu kuntenti taht il-hakma tas-sultan taghhom. Ma kienux ibatu, ma kellhomx faqar, anzi hajjithom kienet barka u prosperita’.

Darba r-re ddecieda li jmur izur postijiet storici ta’ certa importanza u centri tal-pellegrini li kienu jigu mill-boghod biex izuru lil pajjizu. U ghamel dan billi terraq il-vjagg kollu bil-mixi biex ikun jista’ jitkellem mal-poplu tieghu.

Ghan-nies din kienet okazzjoni unika u lkoll kienu jiffollaw biex min johodlhu b’idu, min jixtieqlhu hajja twila mimlija gid u barka, min biex ikellmu; tista’ tghid li ma kienx hemm persuna li ma haditx din l-okazzjoni biex tiltaqa’ mas-sultan. Il-poplu kollu kien ferhan li kellu re daqshekk qalbu tajba.

Wara hafna gimghat ta’ mixi, ir-re rritorna lejn il-palazz. Kien kuntent li zar kull fejn xtaq u ra b’ghajnejh stess kemm il-poplu tieghu kien jghix hajja prospera. Madankollu kellu dispjacir wiehed.

Rizultat ta’ dak il-mixi kollu waqt il-vjagg, beda’ jhoss ugigh kbir f’saqajh. Mal-ministri tieghu gerger li t-toroq tas-saltna tieghu ma kienux lixxi, anzi mimlija gebel, hekk li wiehed ma setghax jimxi komdu. Kompla stqarr ma’ l-ufficjali ta’ madwaru li kien inkwetat hafna li n-nies li kien ikollhom jimxu fit-tul, ser jghaddu mill-istess ugigh li kien ihoss hu.

Wara li qaghad jahsibha ordna lill-qaddejja tieghu jiksu t-toroq kollha tas-saltna bil-gild sabiex il-poplu jimxi komdu. Il-ministri tieghu kienu nkwetati ghal din l-ordni ghaliex dan kien ifisser li eluf u eluf ta’ baqar kellhom ikunu maqtula biex bil-gild taghhom jinksew it-toroq. Barra minn hekk kien ifisser hrug kbir ta’ flus.

Fl-ahhar wiehed mill-ministri tieghu resaq lejn ir-re u qallu: “ Maesta’ ghandi idea ohra. Li kieku flok tiksi t-toroq bil-glud, inti tordna li bicca gilda tkun imfassla fuq il-profil ta’ saqajk u hekk tkun tista’ timxi ahjar fit-toroq, mhux ahjar?”

Ir-re ghogbitu din l-idea ghaliex ra kemm kien ghaqli li wiehed jaghmel hekk u kemm ikun ta’ gid ghall-poplu u n-nazzjon.


Flok wiehed jipprova jibdel id-dinja, ikun ahjar kieku jipprova jbiddel lilu nnifsu 

© Copyright INHOBB NAQRA