IL-MAHFRA


Tiftakru darba x'qal Gesu':" Imberkin dawk li jehnnu u jahfru ghaliex jiena nuri hniena maghhom."

Din hija storja ta' zewgt itfal, li xi hadd ghamillhom tort. Wiehed minnhom kien lest li jahfer l-iehor ma riedx.

Jack kien ghadu kemm irritorna fil-kamra tat-tibdil wara loghba football. Libes il-gakketta ta' l-iskola, imma induna li xi haga kienet hazina. 

Normalment meta jilbisha l-flus li kien izomm fil-but kienu jcekcku, imma din id-darba ma sema' xejn. Dahhal idejh fil-but biex ikun zgur. Il-flus li kellu kienu ghebu.  Jidher li tlift il-flus, Qal lil habibu. "Naf fic-cert li kelli l-flus qabel hrigt fil-ground. Kienu ghandi zgur ghax wara l-lezzjoni kelli nghaddi ghand il-hanut ta' l-istationery biex nixtri xi pitazzi."

Habibu Willie qallu: " Taf li tieghi wkoll ghosfru." Dak il-hin Willie mlaqqam il-Cobra telghitlu fawra ta' qilla u qal lil Jack, " Jekk insib min inmeku ma' l-art. Jack ukoll hass fih r-rabja ghal dak li gralu; ra li siehbu l-Cobra kien irrabjat ghal l-ahhar billi meta jigrilu xi kuntrarju jinhakem minn tempra hazina hafna. Mhux l-ewwel darba li refa' idu fuq xi hadd meta xi hwejjeg zghar ituh fastidju; darba wahda sa haduh fil-ghassa tal-pulizija wara li sawwat wahda sew lil tifel ta' klassi ohra. "U ejja Cobra," qallu Jack x'hin ra daqshekk immashan. "Jiena zgur li insibu min hadilna l-flus u ngibu flusna lura."

"Willie, zomm il-kalma li ma tigix fl-inkwiet," qallu Jack.

"Xi hadd zgur ser jiddispjacih li seraqli flusi," qal Wille. "Nittama li jiehu pjacir sejjer l-isptar bl-ambulanza."

Iz-zewgt itfal marru jaghmlu rapport ghand l-ghalliem taghhom Mr Mondo. "Ara, " qalilhom ghandi pjan. Dan li ghandi f'idi huwa trab li jtebba l-idejn. Jekk jiccappsu bih ikun difficli hafna li jnehhu l-kulur. Inpoggi ftit minn dan it-trab fuq il-flus u jekk xi hadd ifettilu biss imisshom icappas idu b'dan il-kulur jghajjat. Issa qisu li ma tghidu lil hadd b'dan il-pjan, ghax inkella il-halliel jobzoq is-sunnara."

Qabel ma bdew il-loghob il-gimgha ta' wara, Mr Mondo kellem lit-tfal kollha. " Huwa mportanti lio ma thallux flus fil-gkieket taghkom ghaliex xi flus nsterqu l-gimga li ghaddiet. Oh tifel minkom mhux qed jaghti kaz kliemi ghaliex ghadni kemm smajt xi cekcik ta' flus. Tajjeb jekk ma jimpurtahx minn flusu affari tieghu. Jiena avzajtkom,  ma ghandi xejn aktar xi nghidilkom."

Issa dan kollu kien parti mill-pjan. L-ghalliem kien jaf li hadd mit-tfal ma kien ser ihalli l-flus fil-bwiet tal-gakketta met kienu mwissija, imma jekk il-halliel kien hemm jahseb li xi hadd kien hallihom. Meta ma kien ikun hemm hadd kien idur dawra mal-gkieket u jsib il-flus bit-trab fuqhom.

Meta t-tfal hargu kollha, Mr Mondo biddel wahda mill-gkieket ma' ohra antika. Libes ingwanti tal-plastic, xerred ftit minn dak it-trab fuq il-flus u tefaghhom fil-but tal-gakketta l-qadima.

Meta t-tfal dahlu mill-loghob, l-ghalliem tefa' harstu fuq kull wiehed minnhom sakemm induna li wiehed mit-tfal kellu idu ikkuluriti. " Ejja mieghi," qallu.

L-ghada l-ghalliem baghat ghal Jack u Willie, dahlu fl-uficcju tas-surmast u quddiemhom lemhu lil tifel jismu John. "Issa John, jiena naf li ghandek xi hagax'tghid lil dawn iz-zewgt itfal," qal is-surmast lil John.

"Jiddispjacini ferm li hadtilkom il-flus," stqarr John. "Inhallaskom lura hekk kif nista'. Biex tkun tafu ssellift xi flus minghand Tim Baker u ma stajt inhallashom lura. U qalli li jekk ma ntihx flusu lura sal-lum kien ser isawwatni." John kien kwazi ser jikbi.

"Issa mur lura fil-klassi, John u intom oqghodu hawn," qal is-surmast.

"Stharrigt dak li qalli John u sibt li kienet kollha verita'. Tim Baker qalli li kien ser isawtu jekk ma jtih flusu lura fil-waqt. John qatt ma kellu jaghmel hekk; Wissejtu li ma kellux jaghmel hekk. U nahseb li tghallimha l-lezzjoni. Nista' naghmel xi haga ohra?" qalilhom is-surmast.

"Le," qal Jack, " Nahseb li imisna nahfrulhu lil John."

"Ahfirlhu kemm trid, inti, imma jiena ma hux ser inhallih ghajjedha lixxa. Nies li jaghmlu l-hazin jehtiegu kastig."

"Sewwa qed tghid, Willie," qallu s-surmast. " Fiz-zmien qabel ma dhalt ghalliem jiena kont fil-pulizija u matul dak iz-zmien sirt naf b'hafna tfal brikkuni u tfal ohra brikkuni hafna. Jekk il-brikkuni tbezzaghhom ma jisirqux aktar, imma l-brikkuni hafna jergghu jaqghu fil-vizzju. John ma hux brukkun hafna. Dan gara ghax kien iblah li ssellef flus li kien jaf lima setghx jirritorna lura. Ma nahsibx li ser jerga' jittanta jisraq."

"Jekk ma intix ser taghtih kastig ahrax, sejjer ghand il-pulizija," hedded Willie lis-surmast.

U biex il-haga ma tiggravax ruhha, is-surmast qallu: " Tajjeb, John seraqlek il-flus u jiena ser naghmel kif tixtieq inti. Ser nikteb lill-genituri tieghu fejn navzahom li ser neskludih ghal tlett ijiem, ikollu homework extra ghall-gimgha shiha u meta jigi l-iskola wara l-eskluzjoni, ikollu joqghod gewwa waqt il-break."

Willie deher kuntent, imma Jack sewwed qalbu.

Ghadda xhar minn din il-grajja u Jack u Willie insew is-serqa ta' flushom.  Jack u Willie kienu qed jilghabu quddiem l-iskola bil-ballun quddiem l-iskola. Il-ballun qabez u laqghat il-hgieg ta' tieqa ta' l-iskola, imma b'sorpriza kbira ghalihom il-hgiega ma nkisritx.

Meta z-zewgt itfal harsu madwarhom, indunaw li Mr Mondo kien qed jarahom. " Intom tafu li huwa kontra r-regoli ta' l-iskola li tilghabu bil-ballun quddiem daw it-twieqi. Mhux Hekk?"

"Iva," qalulu t-tnejn.

"Jack qis ma ma tergghax taghmel dan darb'ohra. Fhimt?"

"Iva" qallu John.

"U inti Willie trid tibqa' siegha wara l-iskola."

"Imma Sir," wiegeb Willie Ghaliex irrid nibqa' siegha wara l-iskola u Jack le.?"

"Jack hafer lil Tim Baker u int irreziztejt u ma ridtx. Inti ghidt li in-nies li jaghmlu l-hazin kellhom jigu kastigati. Inti ghamilt hazin ghax ksirt ir-regola ta' l-iskola u jiena qed naghmel dak li inti ghidt ghandu jsehh. Jinghata kastig  lil min jaghmel il-hazin."

© Copyright INHOBB NAQRA