JOHN U L-HANUT TAL-HELU

Meta John kien qieghed il-knisja jisma' il-quddies tal-Hadd, is-sacerdot qal dan il-kliem fil-priedka li John baqa' jzomm f'mohhu u f'qalbu.

"Hawn nies li jhajru lil haddiehor jaghmel dak li huwa hazin. Nies libsin ta' nghag imma minn taht ikunu ilpup, qaddejja tax-xitan. Jekk ma naghmlux dak li jissuggerixxu huma jghajruna li ahna bezziegha u tfal zghar. Meta jifri hekk jehtigilna niftakru li Alla ma jridniex li naghmlu hwejjeg li jmorru kontra l-ligi tieghu. U niftakru wkoll li meta nieqfu lil  dawn in-nies ahna ma nkunux bezziegha ghax nghidu li ma rridux naghmlu l-hazin, imma kuraggjuzi."

Mela, isimghu dak li gralu John. Kien qieghed l-iskola u nnota li tifel jismu Roy kellu hafna u hafna helu u cikkulata. Qallu, " Min tak dak il-helu kollu? Jaqaw ghandek il-birthday?"

"Le, " wiegbu Roy . " Iltqajna guy  tfal u sraqnihom mit-tuckshop. It-tewmin Grabbit kienu mieghi. Idejhom twal u jistghu igorru helu kemm jixtiequ u kemm iridu. Illum ser nisirqu xi ftit iehor. Tista' tinghaqad maghna u taghtina daqqa ta' id."

"Ma nistghax naghmel hekk," wiegeb John, " ghaliex haga bhal dik hija hazina."

"Chicken," ghajru Roy. "Tibza' li tinqabad. Hares! kull ma ghandek taghmel huwa li tidhol u titlob lil sid il-hanut biex itik ftit helu tac-cikkulata. Huwa jmur biex jatik u ma jsibhomx ghaliex sraqnihom l-bierah u sraqnihomlu kollha.  Waqt li jidhol gewwa biex igiblek minn gewwa ahna nisirqu helu iehor. U hadd ma jkun jaf li inti tajtna daqqa ta' id."

Kieku John thajjar li jaghmel kif qallu. U kompla jahseb " li hadd ma jkun jaf li kont jiena jekk naghmel kif qalli Roy."  Imma imbaghad haseb mod iehor. Le, qatt ma jkun li nisraq. Alla ma jridx."

U wiegeb lir-Roy, "Ara ma nghinkomx biex tisirqu."

"Baby. Tibza' inti chicken," qallu Roy

Shab Roy inghaqdu mieghu u wkoll ghajruh chicken ghal aktar minn darba.

U ghalkemm John hassu umiljat, ftakar dak li sema fil-priedka tas-sacerdot il-Hadd ta' qabel.

Wara l-iskola John mar id-dar u missieru nnotat li kellu qalbu sewda. Staqsieh x'kien gara.

"Xi tfal hajruni biex nghinhom jisirqu l-helu mit-tuckshop ta' l-iskola u meta ghidtilhom li ma rridx ghajruni li jiena chicken.

Imbaghad missieru qallu: " Tassew kburi bik, John. Smajt x'gralhom dawk it-tfal?  Serqu l-helu u waqt li kienu hergin dahal pulizija. Gie biex ikellmu lil sid il-hanut dwar l-ammont ta' helu li sab nieqsa l-jum ta' qabel, ghax xi hadd kien serqu. Roy u t-tewmin Grabbit kienu c-chickens. Meta rawh diehel dahlu jigru fil-hanut u tant bezghu minnu li qabzu mit-tieqa fuq in-naha ta' wara tal-hanut. It-tlieta li kienu wegghu bil-hgieg li nkiser u wara li haduhom l-isptar b'ambulanza, u dewwewhom, il-pulizija arrestahom."

"Qalu min kienu missier?"

"Iva it-tewmin Grabbit. Bhallisa qeghdin l-ghassa tal-pulizija biex jinterrogawhom. Nittama li tghallmu l-lezzjoni li ta' haddiehor mhux taghhom."

© Copyright INHOBB NAQRA