7 BOROM TAD-DEHEB


Darba wahda kien hemm barbier impjegat mar-re li kien jaqla’ paga tajba u kien dejjem ferhan.

  Jum wiehed waqt li kien qed jirritorna mix-xoghol sejjer id-dar minn trejqa fil-foresta, jisma’ lehen jghidlu: “Trid seba’ borom bid-deheb?”

Imhawwad ghal dak li sema’ huwa wiegeb li xtaqhom. “Mela mur id-dar u ghandek issib dak li tixtieq,” wegbitu l-vuci.

Huwa ghaggel kemm felah u mistghageb, veru, sab seba’ borom bid-deheb. Sitta minnhom kienu mimlija sax-xfar, imma s-seba’ wahda kienet nofsha mimlija. Huwa ddecieda li s-seba’ borma jimlieha wkoll bid-deheb sax-xfar.

Mill-ghada stess huwa beda’ igemma dak kollu li jaqla’ fil-borma bil-konsegwenza li beda’ jbati l-guh huwa u l-familja tieghu kollha. Il-karattru ferriehi tieghu gheb u minflok sar imdejjaq u mizerabbli ghaliex jitfa’ kemm jitfa’ deheb u flus qatt ma kienet tintela’.

Iddecieda ghalhekk li jitlob lir-re zieda fil-paga, liema talba r-re laqa’ minghajr problemi.

Issa li kien qed jiehu paga gholja seta’ igemma aktar u kien jittama li ma jdumx ma jimla’ il-borma sa fuq nett bhal l-ohrajn. Imma jitfa’ kemm jitfa’ din baqghet ma ntliet qatt.

Naqqas mill-irqad ghaliex mohhu kien dejjem fuq il-problema ta’ kif ser jimla’ sax-xfar dik il-borma. Ir-re induna bil-bidla fih u jum wiehed staqsieh: “ Imma inti mhux is-seba’ borom bid-deheb accettajt?”

Il-barbier baqa’ mistghageb bil-mistoqsija u r-re kompla: “ Inti qatt ma jmissek hadt dawk il-borom bid-deheb ghax dawk kienu ta’ l-Ispirtu tal-Foresta. Ghalik dak id-deheb kollu ma kien jiswa’ xejn ghax ma stajtx tonfqu u l-fatt li kont izzid mal-muniti tad-deheb ma kien jiswielek xejn ghax il-borma qatt ma kienet ser timtela’ . Ghalhekk mur lura fil-foresta u rritorna dawk il-borom u qieghdhom hemm biex johodhom l-Ispirtu tal-Foresta, imbaghad inti mill-gdid issib il-ferh u l-paci tal-qalb.”

Il-barbier ghamel kif qallu r-re u talab lil Ispirtu tal-Foresta biex jiehu lura dak id-deheb. Minn dak il-mument il-borom ghebu u maghhom il-flus li kien gemma.

Attenti mill-kilba zejda ghall-flus ghax minhabba fiha nbatu fis-sahha u tbati l-familja taghna. Nkunu kuntenti b’dak li ghandna.

© Copyright INHOBB NAQRA