Din hija storja ta’ aktar minn mitt sena ilu.

Sara twieldet fl-Indja li hija hafna aktar shuna milli hi t-temperatura fil-Gran Brittanja. F’dawk iz-zminijiet kien hemm hafna aktar mard orribbli gewwa l-Indja milli hawn illum, ghax il-mikrobi setghu jghixu, jikbru u jimmultiplikaw fis-shana. Anqas it-tobba ma setghu jfejqu hafna minn dak il-mard li baghat bosta nies go qabarhom qabel zmienhom. Omm Sara mietet ftit wara t-twelid ta’ bintha u Sara qatt ma kellha tifkira taghha.

L-Indja kienet mahkuma mill-Inglizi f’dik l-epoka. Missier Sara kien kaptan fl-armata Ingliza, li kienet stazzjonata gewwa l-Indja biex izzomm kontroll u paci fost in-nies li kienu jghixu hemmhekk. Kien sinjur u kellu hafna flus. Flimkien ma’ Sara u l-qaddejja jisimiha Binita kienu joqghodu gewwa villa mill-isbah. Binita kienet thobbha hafna lil Sara u t-tifla kienet tqisha bhala t-tieni omm taghha. Lil Binita, missierha, kien ghazilha ghaliex kienet taf titkellem bil-Franciz. Bil-pacenzja kollha ghallmitha titkellem u tikteb bil-Franciz kif ukoll bl-Ingliz. Fil-villa taghhom kellhom roqgha fejn kien jrabbu xi annimali domestici u Sara kienet tqatta hafna hin tilghab maghhom u tikkurhom mal-qaddejja.

Meta Sara tfarfret saret thobb hafna l-qari u kienet tghaddi bosta hin fil-librerija ta’ missierha tqalleb u taqra l-kotba u sahansitra tikteb xi stejjer ukoll. Meta kienet tghaddihom lil Binita biex taqrahom, il-qaddejja kienet tistghageb bl’idejat taghha u kienet tinkoraggiha biex tkompli sejra hekk.

Billi l-mard kien jixtered malajr u hafna tfal kienu jimirdu, t-tfal Inglizi, meta kienu jilhqu certa eta’, kienu jintbaghtu  l-Ingilterra jistudjaw gewwa boarding school. Il-hbieb ta’ Sara li kienu xi ftit akbar minnha kienu hallew il-familja taghhom fl-Indja biex jistudjaw fl-Ingilterra.  Dawn kienu jiktbu lill-genituri taghhom biex izommu kuntatt maghhom. Xi hbieb taghha kienu jiktbu lilha wkoll u jghidulha kollox dwar l-iskola fil-Gran Brittanja.

Meta Sara kellha ghaxar snin missierha qalilha li kien wasal iz-zmien li taghmel bhal shabha u tmur tistudja gewwa l-Ingilterra. Sewdet naqra qalbha ghaliex kienet ser titbieghed minn missierha u missierha minn naha tieghu ghamel swied il-qalb ghax kien ser jinfired minn bintu li kien ihobb daqs xfar ghajnejh. U tghidx kemm kbiet Binita meta nfirdet minnha fuq ix-xatt tal-port qabel ma telghu fuq il-vapur!

Huwa akkumpanjaha fil-vjagg fuq vapur kbir u damu xi gimghat ma waslu fl-Ingilterra. Sara ma ddejqitx ghaliex fuq il-vapur ghamlet hbieb u maghhom kienet tqatta' bosta hin titkellem u tilghab. 

Meta fl-ahhar waslu l-Ingilterra, missierha u hija, ivvjaggaw fuq ferrovija sa ma din wasslithom fl-istazzjon. Minn hemm hadu karrozzella migbuda minn ziemel sabih u b’sahhtu. Waqt il-vjagg bil-karrozella, Sara harset madwarha u hlief bini iswed ma ratx. Missierha spjegalha li dan kien kollu effett tad-duhhan li johrog meta jahaqru l-faham billi kollox kien jiddependi minn dan il-materjal, li kien ihammeg hafna. Id-djar u hwienet ma kellhomx elettriku u kienu jixghelu dwal permezz tal-gass.

Kollox kien differenti minn dak li fih kienet imdorrija bih fl-Indja.

Il-karrozzella waqfet quddiem lukanda u hemm Sara ghexet xi ftit jiem ma’ missierha li ha l-opportunita’ li jixtrilha hafna hwejjeg sbieh biex ikollha x’tilbes waqt li kienet tghix gewwa l-iskola.

Jum wiehed hija u missierha telqu bil-mixi ghal l-iskola fejn kellha tghaddi bosta snin minn hajjitha.

“Dan huwa l-post, wasalna,” qalilha missierha. Kien jidher bini kbir, mdawwar b’hitan gholja u kancell tal-hadid li dak il-hin kien maghluq,  jinfetah biss mill-purtinar meta xi hadd icempel. Fuq in-naha tal-lemin tal-kancell kien hemm pjanca tar-ram tleqq hafna, rizultat li din kienet titnaddaf kuljum, bil-kelmiet: “Miss Minchin, School for young Ladies.”

© Copyright INHOBB NAQRA